Papa Franġisku u Benjamin Netanyahu

Neville Gafa

~ 2 months ago

Papa Franġisku u Benjamin Netanyahu

Minn Korrispondent Speċjali mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

 

 

F’nofs dawn il-kliem ta’ ġieħ u l-eloġji kollha (uħud minnhom veri oħrajn ipokriti), hemm ukoll xi ħadd li ma qalx kelma waħda ta’ kondoljanzi għall-Papa Franġisku: il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

 

La post jew messaġġ. La nota ċkejkna. La skrittura ta’ korteżija. L-anqas biss ħsieb ċkejken. Xejn. Tal-inqas s’issa ħa ngħidu hekk.

 

Fil-fehma tiegħi r-raġuni hija relattivament sempliċi u tgħid ħafna aktar dwar il-Papa Franġisku milli dwar Benjamin Netanyahu.

 

 

Għax Franġisku f’dawn is-snin kollha, kuntrarjament għal kważi l-politika internazzjonali kollha, qatt ma waqaf jew beża’ jiddefinixxi l-bumbardamenti ta’ Iżrael fuq iċ-ċivili ta’ Gaża bħala “immorali”.

 

Bħal ma nafu ġiet imnedija investigazzjonijiet uffiċjali biex tevalwa l-ipoteżi tal-ġenoċidju. Li għal Franġisku kienet ħafna aktar minn ipoteżi.

 

 

Kien l-ewwel Papa li rrikonoxxa uffiċjalment l-Istat tal-Palestina fl-2015, u indika triq li riedu jsegwu kapijiet ta’ stat oħra.

 

Kemm għal min jemmen u kemm għal min ma jemminx – Franġisku tassew.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *