Għaddew tlett ijiem minn meta ġiet ppubblikata intervista ma Matthew Zerafa, CEO tal-Awtorità tad-Djar. Fl-intervista, Matthew Zerafa qal li huma bosta koppji li qed jagħżlu li jkunu sidien ta’ żewġ propjetajiet differenti u mhux jinvestu fi proprjetà waħda bejn iż-żewġ partijiet.
Dikjarazzjoni mill-aktar insensittiva fil-konfront ta’ mijiet ta’ familji li qed jgħixu f’ sitwazzjoni miżerabbli. Familji li saħansitra lanqas għandhom toilet f’darhom. Nies jgħixu f’garaxx.
Sadanittant, l-ebda stqarrija ta’ kundanna minn naħa tal-Ministru Roderick Galdes. U serrħu raskom li mhux se ssir.
Se nibqa’ nsostni li ktibt jumejn ilu. Dak li qal Matthew Zerafa jirrifletti l-ħsibijiet tal-Ministru tiegħu. Inutli nwaħħlu fil-ħuta ż-żgħira meta l-ħuta l-kbira tmexxi l-ħut Iż-żgħar.

Roderick Galdes
Is-skiet ta’ Galdes m’hi xejn għajr ammissjoni li jaqbel ma dak li ddikjara Zerafa. Bis-skiet tiegħu, Roderick Galdes jikkonferma dak mistqarr minn Matthew Zerafa “li huma bosta koppji li qed jagħżlu li jkunu sidien ta’ żewġ propjetajiet differenti u mhux jinvestu fi proprjetà waħda bejn iż-żewġ partijiet.”
Issa intom li bħali mhux taqblu ma din id-dikjarazzjoni, oqgħodu ikrepaw, għax Galdes jaqbel magħha.
1 Comment
”Data show many young couples opting to buy two properties, not one –Zerafa”. ”Nevelli Gafa — Mijiet ta familiji li qed jghixu f’sitwazzjoni mizerabbli”. Zerafa qouted what data he have shows, Gafa. have are you qouting any data? Can you contest what Zerafa was qouting, his data?. There might be some (he calls them many) that are opting to by two properties, Also there might be some living like you said, but your claim of hundreds?.