Ħamis ix-Xirka fil-Knisja Kattolika – Jum is-Saċerdoti

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Ħamis ix-Xirka fil-Knisja Kattolika – Jum is-Saċerdoti

Minn Kontributur Kattoliku mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Fil-ġimgħa mqaddsa bi tħejjija għall-Għid Imqaddes, meqjum bħala l-akbar festa tal-Fidi Kattolika, il-Knisja nnifisha riedet sa minn dejjem li lejlet il-Ġimgħa l-Kbira jitfakkar l-importanża tal-kontribut tas-saċerdot fl-istess Knisja Kattolika billi filwaqt li fil-jum ta’ Ħamis ix-Xirka filgħodu jiġu kkonsagrati ż-żjut li permezz tagħhom jindilku t-trabi fil-magħmudija, iż-żgħażagħ fil-Griżma tal-Isqof, dawk li lilhom issirilhom il-griżma tal-morda jew djakni li jiġu ordnati saċerdoti jew saċerdoti li jiġu ordnati isqfijiet, hemm element importanti fil-jum innifsu li hu t-tiġdid tal-wegħediet saċerdotali li kull saċerdot jimpenja lilu nnifsu li jibqa’ jaqdi fedelment lil Alla nnifsu.

 

 

Hekk jiġri kull sena f’kull djoċesi Kattolika fid-dinja nkluz Malta b’quddiesa li ssir apposta fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Iżda li saċerdot imur ġol Kon-Katidral għal tali funżjoni biżżejjed? Zgur li le. Jiddependi dak is-saċerdot iżda kif jgħix. Hu ta’ importanża kbira iżda x’valur ikun qiegħed jagħti r-Ragħaj tal-Arċidjoċesi lil ħutu fis-saċerdozju.

 

Hawn f’Malta dan hu minimu, kważi neżistenti. L-Arċidjoċesi ta’ Malta mmexxija minn Charles Ġuda Scicluna hi Knisja kajmana, bla mpenn, bla ħila li jidħol fi djalogu mas-saċerdoti djoċesani tiegħu peress li hu persuna li jibża’ li jiġi kkonfrontat. Ma jkunx irid ebda komunikazzjoni personali mas-saċerdoti peress li jaf li dawn jafu dwar ħafna ħotob tal-għola ġerarkija tal-Knisja Kattolika f’Malta li jekk jogħla l-għatu tal-borma, l-Arċisqof Scicluna stess jitneħħielu kull ġieħ.

 

Pietro Parolin

 

Minħabba f’hekk, issa iżjed minn qatt qabel Scicluna tilef kull awtorita’ morali fil-Knisja Kattolika Maltija nkluż kull integrita’ personali li qatt seta’ kellu. Fiċ-ċrieki tal-Knisja Kattolika Maltija kulħadd jaf x’rapporti twasslu mal-medda tas-snin lis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Pietro Parolin dwar is-sitwazzjoni tal-istat diżastruz li tinsab fih l-Arċidjoċesi Maltija, tant li meta kien deċiż li Malta jkollha leħen fil-Kulleġġ Kardinaliżju, l-isem ta’ Scicluna kien kompletament eliminat peress li l-ogħla funzjonarji tal-ġerarkija Kattolika fil-Vatikan kienu jemmnu li m’għandhomx ikollhom lifa f’ħobbhom.

 

Mario Grech

 

B’hekk Chalres Ġuda tilef il-kappell kardinaliżju li xtaq bil-porpra l-ħamra. Dan wassal għal ħafna sileżju bejn il-magħżul il-Kardinal Mario Grech u l-isfiduċjat, Charles Ġuda.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *