Min ħaseb li din tal-għażla taż-żewġ Magistrati ser tieqaf hawn wara ftit jiem, qed jarralu! Inkluż int Sur puppatur Joe Zammit McKeon.
Ser inkomplu naħdmu dwarha u nagħmlu r-rapporti li hemm bżonn.
Huwa ironiku madanakollu li materja daqstant ta’ interess pubbliku, għaliex titratta s-sistema tal- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, mezzi tal-media li suppost huma Indipendenti u li juru fid-deher li għandhom għal qalbhom ir-‘rule of law’, lanqas daħlu f’din l-istorja.
Dawn fl-istess nifs jilgħabuha tal-esperti fil-ġurnaliżmu.
Min jaf kieku kien Owen Bonnici, Edward Zammit Lewis jew Jonathan Attard li appuntaw xi Maġistrat b’mod ħażin u’mhux trasparenti, kieku ħoll xagħarek u ġib iż-żejt !

Joe Zammit McKeon
B’xorti ħażina dan hu l-pajjiż li qed ngħixu fih ! Two weights, two measures !