Ġie għasfur jgħidli li d- Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qedgħa taħdem u tagħmel ‘lobbying’ ‘l hawn u ‘l hinn sabiex tilħaq Aġent President.
Għall-ewwel ħsibtha xi ċajta. Verament din Claudette Buttigieg ma tafx il-limiti tagħha!
Ċertament li dan l-isem m’hux aċċettabbli l-aktar għall-Laburisti li hija tant tweġġagħhom. Dan apparti l-fatt li m’hix kompetenti.
Claudette qed nistaqsi lilek biss ġentilment, għaliex din tapprezza li hija materja ta’ natura pubblika u li għandna dritt inkunu nafu dan mingħandek bħala persuna li ilek fl-arena politika. Veru dan ? Vera li inti attivament qedgħa tagħmel dan il-‘lobbying’ ?

Claudette Buttigieg
Il-‘ġenerazzjoni telliefa’ tal-PN li hija l-ġenerazzjoni ta’ Beppe Fenech Adami, Pawlu Borg Olivier, Simon Busuttil u oħrajn, li minn mindu ħadu l-poter tal-PN f’idhom tilfu kull elezzjoni li saret, qedgħa tlesti liz-‘żiemel’ tagħha għal dan. Minn issa qed ngħidilkom li l-Laburisti mhux ser naċċettaw l-ebda isem minn tagħkom.
Aġent President jista’ jkun Nazzjonalist m’hux problema, pero’ irid ikun jew tkun persuna li tgħaqqad, li kellha esperjenza fil-politika u li m’għandha mibgħeda għal ħadd.