Il-Preġji ta’ Bergoglio

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Il-Preġji ta’ Bergoglio

Minn Kattoliku Prattikanti mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Meta fi Frar tas-sena 2013, il-Papa Benedittu XVI iddeċida li jħalli s-Siġġu ta’ Pietru, hawn xi ħadd jaħseb li bniedem b’moħħ uniku bħal dak ma kellux f’moħħu lil min seta’ joħodlu postu? Bla dubju iżda Ratzinger ta’ bniedem intelliġentissimu qatt ma lissen kelma ma’ ħadd dwar suċċessur. Ħalla l-perkors jieħu t-triq tiegħu.

 

Papa Benedittu XVI

 

Hekk jidher li kien qed jagħmel il-Papa Franġisku tul din is-sena li għaddiet. Minkejja li forsi meqjus mhux ta’ intelliġenża daqs il-Papa Benedittu XVI, Bergoglio ħoloq sitwazzjonijiet fejn issa l-Knisja Kattolika jew ser tibqa’ twieġeb għall-sifidi kontinwi li għandha jew altrimenti ssir irrelevanti.

 

Hawn min jgħid li diġa’ hi rrelevanti meta tikkusidra kif per eżempju l-attendenża tal-quddies fil-knejjes fil-kontinenti Ewropej, Awstraljan u Amerikan żvintat. Bergoglio laqa’ għal dawn l-isfidi bil-preġji tiegħu fosthom ta’ skiet meta kellu jibqa’ sieket, li semma’ leħnu meta kellu jsemmgħu, li ħa azzjoni meta ra li l-affarijiet mhux dritti daqskemm dak li jkun ikunu jixtiequhom.

 

Il-Papa Franġisku mill-isem stess li għażel għall-Pontifikat tiegħu wera li hu uniku, kapaċi, distint, ‘l bogħod mill-biza’ biex jaqbeż għaż-żgħir. Iż-żgħir baqa’ f’qalbu.

 

Minkejja li Bergoglio kien ġej minn Kongregazzjoni Reliġjuża meqjusa ta’ livell għoli fil-Kontentinti msemmija preċedentement, il-Ġiżwiti fl-Arġentina huma meqjusa bħala modesti ħafna, jgħixu mal-ifqar fost il-fqar.

 

Established in Argentina from the 17th century, the Jesuits were instrumental in introducing wine and the first universities to the country.

 

Hekk kien Berguglio. Ħadem ma’ kulħadd, għaraf jgħin lil kulħadd – min bla xogħol minħabba sfidi ekonomiċi, min minħabba nuqqas ta’ taħriġ f’sengħa jew fuq il-bank tal-iskola, min għaliex għandu l-vizzju tax-xorb, tad-droga jew tal-prostituzzjoni.

 

Dawn huma l-preġji ta’ Bergoglio – qalb umli, manswetudni kontinwa, ħniena t’Alla, serviżż kontinwu lill-batut, onesta’ dejjem u f’kull ħin, qdusija siekta izda ġenwina dejjem, kapaċi joħloq pontijiet meta jinqalgħu diverġenżi, paċenzjuz, tolleranti, bniedem t’Alla, jitlob fis-skiet mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, bniedem tal-karita’ sal-aħħar nifs. Ftit ġranet qabel miet iddeċida li l-flus li ġemma’ mis-salarju tiegħu tul il-Pontifikat, Ewro 200,000 kollox, mhux miljuni, ħallihom għal dawk li jkunu jeħtieġu ċerta għajnuna meta jkunu skontaw sentenża ġo ħabs. Jekk dan mhux Umaniżismu Nisrani, x’jista’ jissejjaħ?

 


Dawn huma ftit mill-preġji tal-Papa Franġisku li bla dubju quddiem is-Sinjur Alla qed diġa’ jitlob lilu u lil Ommu Marija li tant kien iħobb biex jagħtu lill-Knisja Kattolika saċerdot li fuq kollox ikun ta’ qalb ħelwa u umli kif kien hu biex verament il-Magħżul ikun xbieha ta’ Ġesu Kristu fuq l-Art, kif jgħidu bil-Latin Alter Christus – Kristu Ieħor.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *