X’kellu jagħmel Joe Zammit McKeon?

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

X’kellu jagħmel Joe Zammit McKeon?

Kien hemm minn staqsieni imma x’kellu jagħmel Joe Zammit McKeon, il-paladdin tar-‘rule of law’ ta’ Malta u li jipprova jindaħal f’kollox? X’kellu jagħmel fiċ-ċirkostanzi billi kien jaf minn qabel li applikat Dottoressa Monica Borg Galea, li taħdem miegħu għal snin twal?

 

Joe Zammit McKeon kellu jwettaq ħaġa sempliċi. Kellu jinforma mill-ewwel lill-Prim Imħallef li huwa l-President tal-Juducial Appoinmtents Committe li huwa ma setax ipoġġi għal dan il-proċess kollu, m’hux biss fejn tidħol Dr. Monica Borg Galea, imma għal ta’ kulħadd. Dan sabiex jserraħ ras kulħadd li l-proċess kien wieħed trasparenti!

 

Joe Zammit McKeon

 

Huwa seta’ wkoll isib membru fl-Uffiċċju tal-istess Ombudsman, billi l-Ombdusman skont il-Kostituzzjoni huwa membru fuq dan il-Kumitat. Kelli jsib Uffiċjal Għoli fl-istess Uffiċċju tal-Ombdusman u għal dan il-proċess kollu, jpoġġi hu.

 

Vincent A. De Gaetano

 

Qed jiġini  f’moħħi l-Eks Prim’Imhallef Dr. Vincent De Geatano, li ma għandix dubbju li għandu kapaċitajiet aktar minn Joe Zammit McKeon li jwettaq dan u li bħalissa jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Ombdusman.

 

Hekk kellek tagħmel Sur puppatur Joe Zammit McKeon. Minflok għamilt konfużjoni kbira u kulħadd jgħid bik minn warajk.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *