Onor. Edward Zammit Lewis : Nibqgħu naħdmu favur Malta u l-Maltin!

Neville Gafa

~ 1 month ago

Onor. Edward Zammit Lewis : Nibqgħu naħdmu favur Malta u l-Maltin!

Nagħmel riferenza għad-deċiżjoni li tat il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja fuq il-Programm ta’ Malta Dwar iċ-Ċittadinanza B’Investiment.

 

M’hemmx dubju li din kienet deċiżjoni POLITIKA U M’HUX ĠURIDIKA fil-konfront ta’ Malta!

 

Meta kien hemm Opinjoni b’saħħitha mill-aspett legali u ġuridiku tal-Avukat Ġenerali Collins li tat raġun bil-kbir lill-pożizzjoni ta’ Malta, f’każijiet simili, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE toqgħod fuqha u m’hux taqlibha ta’ taħt fuq!

 

 

M’hemmx dubju li r-riperkussjonijiet ta’ tali sentenza huma kbar fuqna u ma nistax għalhekk nifhem kif hawn min qisu qed jifraħ b’tali sentenza! Kemm mill-aspett ta’ dħul għal Malta, mill-aspett tal-kirjiet, mill-aspett tal-mijiet ta’ professjonisti u persuni oħra li jaħdmu f’dan is-settur u anke mill-ġid soċjali li nħoloq b’tali programm f’pajjiżna li gawda minnu kulħadd.

 

Ejjew ngħidu prosit lil min fil-kurriduri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja ma jitlifx opportunita’ sabiex jagħmel ħsara lil min jaspira għal xi nomina Ewropeja, liċ-ċittadini Maltin u lil Malta, basta tgħaddi tiegħu jew jissodisfa l-interessi partiġġjani tiegħu !

 

Aħna pero’ nibqgħu naħdmu favur Malta u l-Maltin!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *