Tiftakru kif l-estremisti tal-PN mmexija mil-familja Fenech Adami kienu jbiċċru lil Adrian Delia kull meta kien joħroġ survey negattiv? Baqghu sakemm tajruh minn postu u poġġew lil Bernard.

Adrian Delia
Issa Bernard Grech diġà tilef tliet elezzjonijiet b’margin kbir. Waħda Ġenerali, waħda tal-MEPS u waħda tal-kunsilli. Survey wara ieħor sejjer mil-ħażin għall-agħar.
Imma ta’ Fenech Adami fejn huma issa? M’ għadhomx jinkwetawom s-surveys issa?
Minflok ma jipprovaw jibdluh kif għamlu lil Delia, Beppe mar miegħu ċ-Ċina.
Beppe hawnekk qed jgħaddi messaġġ lid-deputati u partitarji Nazzjonalisti.
Qed jgħidilhom li fil-partit hu jikkmanda u jekk hu iddeċieda li Bernard Grech se jibqa’ hemm, hemm se jibqa’, jistgħu igergru kemm iridu għax tiegħu tgħaddi.
Nerġa’ nappella lil partitarji Nazzjonalisti ġenwini. Tpaxxux lil familja Fenech Adami, ejjew mal-Labour.
Il-familja Fenech Adami l-interessi tagħhom biss jaraw u ma jimpurtahomx minnkom.
Ejjew fil-moviment Laburista fejn kulħadd isib postu.