Esklussiva : Niżvelaw l-identità tar-raġel li jqim lil Daphne fuq il-Monument Nazzjonali

Neville Gafa

~ 2 days ago

Esklussiva : Niżvelaw l-identità tar-raġel li jqim lil Daphne fuq il-Monument Nazzjonali

Wara li fis-sigħat li għaddew dan is-sit ippubblika filmat u ritratti dwar persuna devota lil Daphne Caruana Galizia daqs li kieku kienet il-Madonna, kienu bosta dawk li għamlu kuntatt magħna għall-fatt li għarfu min hu dan l-għaref ta’ Salamun li qed initten il- Monument tal-Assedju l-Kbir. Għax sewwa jgħid il-Malti; mhux il-ġlekk jagħmlek nies.

 

 

Saħansitra, permezz ta’ għexieren ta’ xemgħat li poġġa, kif ukoll bit-talb li jitlob quddiem xbieha ta’ Daphne Caruana Galizia, magħrufa bħala r-Reġina tal-Migħeda, biddel dan il-post minn Monument Nazzjonali għal ċimiterju.

 

Dan is-sit huwa infurmat li dan ir-raġel huwa s-Sur Caruana minn San Ġiljan. Missieru kien id-dentist irrispettat Henry Caruana.

 

Sur Caruana, għamilt sew dalgħodu mort ħdejn il-Monument u bqajt miexi. Ftakar li dak Monument Nazzjonali u se nkunu qegħdin għassa sabiex nesponu kull min ikasbru, fosthom lilek. 

 

 

Żmien il-walk overs għadda. Il-maġġoranza se tkun qed tagħti sinjal li żżejjed kollu żejjed.

 

Fl- artiklu li jmiss se nkunu qed nesponu aktar lis- Sur Caruana.

 

Sadanittant, nappella lil kulħadd sabiex tkomplu tħarsu l-Monument tal-Assedju l-Kbir u tgħaddulna kull tagħrif dwar min ikun qed ikasbar dan is-sit sagru. Ibgħatulna ritratti kif ukoll filmati ta’ dawn l-individwi sabiex nesponuhom. Kull informazzjoni mgħoddija tibqa’ kunfidenzjali. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *