Il-MAM U MARTIN BALZAN

Neville Gafa

~ 2 days ago

Il-MAM U MARTIN BALZAN

Il- Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-MAM, il-union tat-tobba, sar nhar l-14 ta’ April. Dan l-EGM tlaqqa’ wara talba ta’ aktar minn 200 tabib membru, wara li Martin Balzan, kontra dak li jgħid l-istatut, naqas milli jlaqqa’ l-EGM għal aktar minn sentejn.  Fost ix-xogħol li kellu dan l-EGG kien hemm l-elezzjoni tal-Ufficjali tal-Union. Jew jiġu kkonfermati biex imexxuha dawk li kien hemm jew jiġu eletti uffiċjali ġodda.

 

Dan l-EGM, kuntrarjament għal dak li ippjana l-partiġġjan nazzjonalist Martin Balzan, irriżulta f’kundanna sħiħa għalih u s-snin ta’ tmexxija tiegħu.

 

Martin Balzan, qabel dan l-EGM ikkonvinċa lill-uffiċjali tal-Kunsill preċedenti biex jaħtruħ President Onorarju u ħabbar li ma kienx se jkompli. Madankollu ried li jibqa’ jkollu influwenza u kontroll. Biex jiġri dan, Martin Balzan u l-klikka tiegħu, ħadmu kemm felħu biex fil-Kunsill jitilgħu, permezz ta’ block vote, l-istess membri li kien hemm u xi żewġ akkolti ġodda tagħhom.

 

 

 


Però din id-darba, it-tobba membri tal-MAM, fil-maġġoranza tagħhom, injoraw lil Martin Balzan u l-klikka tiegħu. It-tobba ivvutaw għal uffiċjali kompletament ġodda u ħallew l-art, apparti wieħed li tkaxkar bl- eżatt, l-uffiċjali kollha li kien hemm qabel.

 

Jiġifieri mill-benjamini ta’ Martin Balzan ġie elett wieħed biss. Il-bqija ġew imqaċċta kollha, inkluż Dr JP Tabone, li kien il-Viċi ta’ Balzan u li kien midluk li se jidħol minfloku bħala President.

 

L-EGM li Martin Balzan ippjana li jkun għalih mezz kif jibqa’ jżomm il-kontroll assolut fuq il-MAM billi jtella’ in-nies tiegħu,ħalli mbagħad, bħala President Onorarju, jeżerċita l-influwenza kollha u jiġbed l-ispag jrid, marlu kollu żmerċ.

 

President issa nħatar Dr Patrick Sammut u bħala Segretarju Ġenerali nħatar Dr Aaron Schembri. Ma nafhomx imma qaluli li huma żewġ tobba ta’ kuxjenza. Il-parir umli tiegħi lilhom hu li jibdlu d-direzzjoni u ma jkomplux fuq il-passi distruttivi ta’ Balzan. Però jridu joqgħodu attenti li ma jħallu l-ebda influwenza ta’ Balzan terġa’ terfa’ rasha. Anzi nissuġġerixxi jreġġgħu lura d-deċiżjoni tal-Kunsill preċedenti jiġifieri l-ħatra ta’ Balzan bħala President Onorarju.

 

Qed nissuggerixxi dan għaliex ma hu xejn onoruża meta persuna tabbuża mill-pożizzjoni tagħha. Min ikun abbuża ma ħaqqu l-ebda onoroficjenza. U Martin Balzan abbuża billi nqeda’ bil-pożizzjoni tiegħu fil-MAM għall-gwadann personali.

 

Fl-artiklu li jmiss ngħid kif iggwadanja, meta ggwadanja u kemm iggwadanja.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *