Joe Zammit Meampel

Neville Gafa

~ 1 day ago

Joe Zammit Meampel

Mela dan Joe Zammit Maempel huwa ‘Artist’ Ieħor minn ta’ ġewwa.

 

Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia, puppatur bħala Avukat fil-libell tal-PN u jibla’ r-retainers kważi kollha fi żmien Austin Gatt.

 

 

 

It-tifel tiegħu Michael Zammit Maempel jivvomta il-ħin kollu kontra l-Gvern, minflok ma jara l-affarijiet tiegħu. Dwar Michael ser nitkellem aktar ‘il quddiem u noħroġ ċertu ħwejjeġ dwaru.

 

Illum dan Joe Zammit Maempel, wara li grupp t’Avukati iġġieldu bejniethom u kulħadd jgħid fuqhom għaliex iġġieldu aktar minn ċorma żgħażagħ f’Paceville u waqgħu għaż-żufjett !

 

Michael Zammit Maempel

 

Issa għamlu kumpanija VB Advocates u wkoll ħafna mill-Avukati jivvomtaw kontra l-Gvern Laburista, il-Ministri tiegħu u jitkażaw kemm hu korrot il-Gvern.

 

Pero’ fl-istess ma jħallux ir-retainers lill-Avukati Laburisti u jieħdu r-retaniers kbar tal-Gvern bħal, fost oħrajn, il-Malta Gaming Authority.

 

Għażiż Joe Zammit Maempel, bħal ħafna ipokriti bħalek, ma tiddejjaqx tieħu l-flus u titħanżer fir-retainers minn Gvern li inti issejjaħlu ‘Korrott’ ?

 

Meta ha tagħtini data sabiex id-ditta legali li tifforma parti minnha inti ser tibda tirrinunzja għal dan ix-xogħol li tieħu mingħand ‘Gvern Korrot’ ? Agħtini data Għaliex jibdew isiru anke domandi Parlamentari dwarkom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala May 6, 2025

    Hafna mil-poplu ma jafx bil-hmieg li ghawn.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *