Taqra kummenti ta’ Matthew Caruana Galizia jitfgħuk f’dubju aħniex qed ngħixu fl- istess pajjiż. F’ kummenti li taha fuq is-sit Lovin Malta, dan Caruana Galizia ftaħar li kitbu lill- Kummissjoni Ewropea minħabba d-dewmien fejn jidħlu ġurijiet f’pajjiżna.
Ejja nitkellmu dwar il-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia. Huwa stat ta’ fatt li dan l-omiċidju ingħalaq fi żmien rekord. Tressqu l-Qorti u ġew ikkundannati persuni relatati mal-qtil.
Sur Matthew Caruana Galizia, ħa nfakkrek dwar Justice for Daphne li l-ħin kollu teqred dwarha. Aqra sew ; tlieta weħlu mitt sena ħabs, erbgħa għaddejjin ġuri u ieħor jistenna ġuri.
X’ ġustizzja mhux issir?
Fil-każ ta’ ommok Daphne tlieta weħlu mitt sena ħabs bejnietom, erbgħa għaddejjin ġuri u ieħor jistenna ġuri
.
Għamilt referenza għal dawn il- fatti fl- ittra li ktibt lill-Kummissjoni Ewropea?
Għidtilhom kif il-klikka estremista tad-Defnisti mmexxiha minnek kissret lil Partit Nazzjonalista?
Għidtilhom kemm intom tosti u mis-seba’ tieħdu l-id, tant li l-klikka tiegħek ikkapparrat Monument Nazzjonali, bi skuża biex issir ġustizzja ma Daphne?

Ann Demarco
Matthew, jista’ jkun hawn erba’ qlafat jemmnu n-narrattiva tiegħek, però għandek tkun taf li l-maġġoranza ma jemmnukx. Int l-aġenda tiegħek hi differenti.
Kif tippermetti li klikka qlafat jinqdew b’ommok biex jattakkaw lil- Gvern? Mintix tinduna li din l-istrateġija ma ħadmitx u mhux se taħdem?
Se nerġa ngħidlek bħal ma ilni ngħidlek anke privatament. Waqqaf lil niesek milli jkomplu jkasbru l-Monument tal-Assedju l-Kbir. Jekk tridu tfakkru l-memorja ta’ ommok, għamluh mkien ieħor u f’post addattat. Però fuq Monument Nazzjonali LE. Iż- żmien tal-walk overs skada. Urejtkom kif anke waħdi lest niġġieled għall-Monument.
Minn fuq il-Gvern għaddejtu romblu. Minn fuq Gafà LE.
Se nerġa nfakkrek Matthew : tlieta weħlu mitt sena ħabs, erbgħa għaddejjin ġuri u ieħor jistenna ġuri.
1 Comment
Prosit Neville Gafa fuq laffari tal-Monument. Ma emmx triq ohra hlif li metta uma inehu tiejak, int tnehi taghom, billi issa maru laghsa jirraportawk ma qatawlekx il-bajd.