Claire Stafrace Zammit u żewġha Ian Stafrace kienu jaħdmu fl-Uffiċċju ta’ George Abela u ma tantx għandhom għaliex jgħidu kontra l-Gvern għax George Abela għamilhom nies.
Taħt il-PN kienu jpappuha tajjeb. Fl-2009 Claire Stafrace Zammit nħatret Maġistrat u fl-2011 żewġha nħatar CEO tal-MEPA.
Pero l-iskop vera wara dawn il-ħatriet kienet biċċa makakkerija maħmuġa tal-PN.
George Abela kien l-aqwa President ta. Malta però meta Gonzi ħatru, għamel dan għax kien jaf li George Abela kien theddida kbira għal PN u fil-Partit Laburista kellu appoġġ qawwi.
Ħatru President biex mingħalih idgħajjef lil-Labour imma d-destin ried li ma sarx kap hu iżda sar ibnu Robert. Il-pjan tal-PN li jeliminaw lill-familja Abela mil-Labour ma rnexxiex.
Imma parti minn dak il-pjan tal-PN kien li jżarmaw l-uffiċċju ta’ George Abela.
Claire Stafrace Zammit saret Maġistrat mhux għax kapaċi iżda għax il-PN riedu jżarmaw l-uffiċċju ta’ George Abela.
L-uffiċċju ta’ George Abela mhux talli ma rnexxielomx iżarmawh talli iben George Abela sar Mexxej tal-Partit Laburista u qed ikompli jfarrak lil PN.