Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit kienet dik li waħħlet miżerabbli ta’ €15 lil Biċċa Blogger Daphne Caruana Galizia meta tressqet quddiemha dwar hit and run fil-parking tal-isptar. Din hi l-vera impunita’ ta’ żmien GonziPN. Stafrace Zammit saret maġistrat fi żmien GonziPN.
Fl-istess inċident Caruana Galizia kienet għajret kemm felħet lil dak ir-raġel li kienet għadha kif kissritlu l-karozza u meta l-Pulizija pruvaw jikkuntattjawha hedditom u għamlet l-arja b’John Rizzo.
Dik kienet l-vera impunita’. Tkisser karozza ta’ raġel fil-parking tal-isptar. Tinfexx tgħajjru. Taħrab minn fuq il-post u meta jikkuntattjawk il-Pulizija theddidom bil-Kummissarju Rizzo.
Mbagħad titla’ l-Qorti u ssib maġistrat lagħqija ta’ GonziPN u ta’ dan kollu twaħħalha miżerja ta’ €15.
Minflok ma tressqet arrestata u tefgħuha l-ħabs weħlet €15.
Segwi dan kollu fil-link tal-ġurnal Maltatoday.
Dan is-sit għadu kif irraporta kif l-istess maġistrat qed tpaċpaċ vojt kontra Joseph Muscat fil-kafeterija ta’ ħdejn il-Qorti.