Fil-Mosta nivvutaw għal suldati tal-azzar bħal Miriam Dalli u Romilda Zarb

Neville Gafa

~ 1 day ago

Fil-Mosta nivvutaw għal suldati tal-azzar bħal Miriam Dalli u Romilda Zarb

Naħseb lkoll taqblu miegħi ħbieb li bejn suldati tal-azzar u sriep velenużi għandna nagħżlu s-suldati tal-azzar.

 

Miriam Dalli kienet tmur fuq One TV fl-iktar mumenti diffiċli għal Partit Laburista. Qatt ma kienet tippreżenta programmi fuq in-NET għax mhux opportunista. Romilda Zarb ilha attiva fil-Partit Laburista għal snin twal, kienet prezentatriċi fuq One Radio u One  TV u kienet sindku tal-Mosta. Ma qamitx filgħodu u f’daqqa waħda skopriet li hi Laburista.

 

 

La Miriam u lanqas Romilda ma kienu jippreżentaw programmi fuq NET TV iżda bhala suldati tal-azzar dejjen offrew lilhom nfusom lil One TV.

 

Fuq kollox huma nies maħbuba min kulħadd. Il-Partit m’ għandux bżonn nies li lanqas igawdu r-rispett tal-familja tagħhom stess.

 

Jekk persuna anke qrabatha jgħidu kontriha, l-Partit Laburista għandu bżonnha? Nies bħal dawn huma sriep velenużi li ħlief velenu fil-partit ma jġibux.

 

 

Nirbħu l-elezzjoni li ġejja bil-kbir billi nivvutaw għas-suldati tal-azzar u nibagħtu messaġġ ċar lis-sriep velenużi.

 

L-inkwiet intern inħalluh għal PN.Ma nġibuhx f’darna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *