Tony Agius Decelis tal-Mosta postu fil-Parlament

Neville Gafa

~ 1 month ago

Tony Agius Decelis tal-Mosta postu fil-Parlament

Il-Partit Laburista għandu jirbaħ l-elezzjoni li ġejja b’ maġġoranza komda imma jrid jissaħħaħ b’nies leali u jitnaddaf mill-opportunisti.

 

Il-Partit Laburista għandu bżonn suldati tal-azzar fi ħdanu. Nies li verament għandhom għal qalbhom il-Partit Laburista u ma jużawx lill-Partit Laburista għal ambizzjonijiet personali.

 

Tony Agius Decelis

 

Agius Decelis dejjem ħadem fil-Labour. Ma kienx imur jippoppa fuq in-NET qabel f’daqqa waħda skopra li hu Laburist.

 

Il-Partit Laburista irid joqgħod attent mis-sriep velenużi li qed jipprovaw jinfiltrawh. Il-Mostin għandhom kandidati validi u suldati tal-azzar  bħal Miriam Dalli, Tony Agius Decelis, Romilda Zarb u Alex Muscat.

 

 

L-aħwa nagħżlu l-qamħ mis-sikrana. Ma nħallux sriep velenużi jigdmuna.

 

Min tafu tistaqsix għalih u l-ġurnata minn filgħodu turik. Min irid juża l-partit għall-ambizzjonijiet personali se jgħarralu.

 

Ngħinu lil Tony Agius Decelis jerġa’ jkun fil-Parlament. Asset kbir għal Partit Laburista. Suldat tal-azzar u bniedem leali.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala May 17, 2025

    Tony dejjiem gid ghamel, qat deni.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *