Beppe Fenech Adami, Il-Kap de Facto sostna li “l-Partit Laburista rnexxielu jifred il-poplu tal-Għargħur. Kisser komunita’ magħquda. Ġab firda ta’ xejn. Elezzjoni ġdida is-soluzzjoni.”
Dak li qed jipprova jnessi Beppe Fenech Adami huwa li dak li seħħ fil-Għargħur huwa frott ta’ riżenja oħra mill-PN, din id-darba tal-Kunsilliera Francesca Attard.
Beppe Fenech Adami jibqa’ jinnega l-fatti; fil-Għargħur bħalissa l-PN għandu biss 53% tal-voti, appuntu wara li rriżenjat il-kunsilliera Nazzjonalista Francesca Attard.
Ir-raġunijiet li qed iġib il-Kap de Facto tal-PN Beppe Fenech Adami huma kollha żbaljati għax qed jagħti l-impressjoni li l-PN ma tilifx Kunsilliera.
Iva Beppe, tliftu Kunsilliera, u l-maġġoranza li kelkom tnaqqret sew. Niżlet għal 53% tal-voti.
Ir-residenti tal- Għargħur għandhom ikunu jafu li l-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri tal-PN. Il-familja Fenech Adami l-interessi tagħhom biss jaraw u ma jimpurtahomx minnkom.
Issa li l-partit mkisser u kissruh huma stess, dwar li seħħ fil-Għargħur iridu jwaħħlu fil-Labour.
Tpaxxuhomx. Ejjew mal-Labour.