Mark Camilleri huwa wieħed minn dawk f’pajjiżna li jipprattika terroriżmu psikoloġiku. Anzi ħa nikkoregi ruħi; minn barra xtutna għax “ħarab”.
Jagħmel dan fuq kull min ma jagħtiħx importanza.
Jagħmel dan ma kull min ma jagħtiħx wiċċ jew ma jaqbilx miegħu.
Juża terroriżmu psikoloġiku kontra min jirreżisti l-aġenda tiegħu.
Juża terroriżmu psikoloġiku kontra kull min jirreżisti li jiffinanzjah bħala kumpens talli ma jattakkax il-ħajja privata tiegħu, in-negozju tiegħu, jew politikament.
Dan huwa l-wiċċ veru ta’ Mark Camilleri.
Terrorist psikoloġiku.
Sadanittant, Dar Camilleri, li jmexxi Mark Camilleri, ingħatat kuntratt ta’ Ewro 25,000 (€) mill-Arts Council. Dan bil-barka tal- Ministru Owen Bonnici.
Dawn il-Ewro 25,000 (€) huma minn flus il-poplu.
L-Arts Council taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Owen Bonnici.
Dan is-sit staqsa dwar xi proċedura intużat sabiex it-terrorist psikoloġiku jingħata xkora flus sabiex ikun jista’ jkompli jivvomta fuq il-Laburisti.