F’dawn l-aħħar sigħat, il-paġna tiegħi fuq il-midja soċjali ġiet magħluqa f’dak li jidher bħala attentat ċar biex jiġi mblukkat il-messaġġ u l-missjoni tiegħi – dik li nqajjem kuxjenza u l-appoġġ pubbliku biex il- Monumenti Nazzjonali jinżammu nodfa, rispettati, u ħielsa minn kull forma ta’ abbuż jew nuqqas ta’ konsiderazzjoni.
Waħda mill-inizjattivi li għandi għaddejja bħalissa tiffoka fuq il-ġbir ta’ firem biex l-awtoritajiet jieħdu azzjoni konkreta favur il- Monumenti Storiċi tagħna, fosthom dak tal-Assedju l-Kbir ġewwa l-Belt Valletta.
Dawn il-monumenti ma humiex biss fdalijiet ta’ ġrajjiet tal-passat – huma simbolu tal-identità nazzjonali tagħna, ġojjelli ta’ storja u kultura li jistħoqqilhom aktar rispett u kura.
Huwa għalhekk ta’ dieqa kbira li f’din il-kampanja, li hija kompletament paċifika u mmexxija bl-għan li nħarsu l-wirt kulturali tagħna, il-vuċi tiegħi qed tiġi maħnuqa u qed isiru sforzi biex jitnaqqas l-appoġġ pubbliku.
Il-fatt li l-paġna tiegħi ġiet magħluqa turi biċ-ċar li l- klikka estrema f’pajjiżna jridu akkost ta’ kollox li jibqgħu jagħmlu li jridu.
Bħalma diġà għidtilhom ftit ilu; il-ħin skada. Daqshekk walk overs fil-konfront tagħkom. Aħna mhux se nċedu. Serrħu raskom li se ssibu front sod u magħqud.
Nieħu l-opportunità sabiex ninforma lil dawk kollha li jsegwu l-blog kif ukoll il-paġna tiegħi li minn issa ’l quddiem, il-filmati relatati mal-kampanja tiegħi ser jibdew jiġu ppubblikati fuq il-paġna tiegħi ta’ TikTok – Neville Gafa. Dan qed isir sabiex inkomplu nwasslu l-messaġġ b’mod aktar effettiv u nilħqu udjenza ikbar, minkejja l-ostakli kontra din il-kampanja.
Grazzi mill-qalb tal-appoġġ kontinwu tagħkom – bil-għaqda nistgħu nkomplu ngħollu l-għarfien u nħarsu l-wirt nazzjonali tagħna!
Iffirmaw il-petizzjoni sabiex il-Monument ikun nadif u jitgawda minn kulħadd.
Grazzi ħafna.
Agħfas fuq il-link 👇