Reazzjoni immedjata minn Mark Camilleri u Matthew Caruana Galizia

Neville Gafa

~ 6 days ago

Reazzjoni immedjata minn Mark Camilleri u Matthew Caruana Galizia

Reazzjonijiet wara l- artiklu li ppubblikajna dalgħodu dwar kif Mark Camilleri informa lil qarrejja tiegħu fejn kienu qed jieklu Joseph Muscat u Jason Micallef nhar is-Sibt li għadda flimkien mal-familji u ħbieb tagħhom.

 

Mark Camilleri ħareġ jiddefendi lil Matthew Caruana Galizia bis-saħħa kollha fejn skont hu ma kienx is-sors tiegħu li għaddielu l-informazzjoni.


Minn naħa l-oħra interessanti ħafna wkoll ir-reazzjoni ta’ ħadd għajr Matthew Caruana Galizia. Iżda qabel ma nkomplu, tajjeb li nfakkru kemm ommu Daphne kienet tiddiletta tikxef koppji u individwi li jmorru jippranzzaw jew joħorġu. Iżda aħna, kontra dak li kienet tagħmel ommu, m’aħniex se nippubblikaw ma min kien qiegħed Matthew Caruana Galizia. 

 

Qed nippubblikaw right of reply kemm ta’ Mark Camilleri, dak li mħallas minn fondi pubbliċi sabiex jivvomta u jikteb kontra kull min hu Laburist, u oħra ta’ Matthew Caruana Galizia.

 

 

Mark Camilleri;

 

“Bongu Jason u Neville

Qed niktbilkom biex nghidilkom li Mattyhew Caruana Galizia ma qalli xejn fuq il-fatt li int kont ir-restorant u kien hemm Joseph Muscat.

 

Fil-fatt ma nafx x’ghandu x’jaqsam Matthew Caruana Galizia u hu qas biss hu sors tieghi.

 

Ma nafx ghala qed iddefsuh biex tipprovaw thamguh u ma nafx x’ghandu x’jaqsam fl-istorja.

 

Jekk ghandkom x’tiktbu iktbu fuqi grazzi.”

 

 

 

 

Minn naħa tiegħu, Matthew wieġeb hekk;

 

“One, I’m not interested in where you, Joseph Muscat or anyone else has dinner. Two, I have no relationship of any kind with Mark Camilleri. Three, if your interest is really to find out who it was then you’re barking up the wrong tree. I can understand how you drew that conclusion, but I think you’re overestimating how much I care about Muscat and who he hangs out with.”

 

Tajjeb li ngħidu li Matthew Caruana Galizia rari jirreagixxi jew iwieġeb għal xi artiklu. Iżda din id-darba ħareġ iwieġeb mill-ewwel.  Din ir-reazzjoni tiegħu tħassibna u waslitna għal numru ta’ mistoqsijiet. Iżda għalissa nieqfu hawn.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *