Bernard Grech se jibqa’ Kap tal-PN sal-Elezzjoni Ġenerali

Neville Gafa

~ 1 month ago

Bernard Grech se jibqa’ Kap tal-PN sal-Elezzjoni Ġenerali

Kif diġà għidtilkom, il-PN mhux se jibdel il-Kap għax dak ma jiddeċieduhx il-partitarji jew l-Uffiċjali tal-Partit, iżda l-familja Fenech Adami. Il-familja Fenech Adami iridu li Grech isodd it-toqob sakemm jilħaq Kap wieħed mil-familja tagħhom stess.

 

 

Għaldaqstant, dawk kollha li qed ixerrdu l-kelma li l-Kap Nazzjonalista se jkun qed jirreżenja, juru li ma jafux x’inhu għaddej internament fi ħdan il-PN.

 

Minn naħa l-oħra, Robert Abela wissa li jekk il-PN jibdlu l-Kap, jaħsadhom u jagħmel snap election. Mossa strateġika tal-Mexxej Laburista li kompliet titfa’ l-Partit ta’ Fenech Adami f’kaos totali. Għaliex dawn jafu sew li jekk tissejjaħ elezzjoni ġenerali issa, il-Labour se jirbaħ b’distakk ta’ 40 elf vot.

 

Robert Abela

 

Il-Partit Laburista miexi lejn l-ikbar rebħa elettorali fl-istorja tal-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista ma jeżistix. Jeżisti biss id-dominiu assolut tal-familja Fenech Adami.

 


Serrħu raskom. Bernard Grech kien, għadu u se jibqa’ l-Kap. Elezzjoni ġejja fi żmienha u l-Partit Laburista se jkollu l-ikbar rebħa fl-istorja tal-pajjiż.

 


Nerġa nappella lill-partitarji Nazzjonalisti; tpaxxux lil ta’ Fenech Adami. Ejjew mal-Labour.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *