Tlett ġimgħat ilu, dan is-sit irrapporta kif is-Sur John Caruana, Head of the Monetary Policy and Operations and Eurosystem Relations Department at the Central Bank of Malta (CBM), huwa devot kbir ta’ Daphne Caruana Galizia daqs li kieku kienet l-Immakulata Kunċizzjoni.

John Caruana
Is-Sur John Caruana deher jagħmel reverenza lejn xbiehat ta’ Daphne Caruana Galizia wara li xegħel xi xemgħat fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir.
Is-Sur Caruana dan ma jistax jiċħdu, għax kienu għexieren ta’ nies li rawh jagħmel dan, fosthom ħaddiema tal-Gvern li kienu fi triqthom lejn il-post tax-xogħol.
Il-bniedem ikun kbir biss meta jkun għarkobbtejh quddiem Alla. Iżda s-Sur Caruana jħoss li għandu jagħmel dan quddiem ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia, Ir-Reġina tal-Mibgħeda.

Daphne Caruana Galizia
Is-Sur John Caruana, uffiċjal għoli fil-Bank Ċentrali ma ddejjaq xejn jagħmel dawn il-kummiedji quddiem in-nies. Ma ddejjaq xejn iwaqqa’ għaż-żufjett Monument Nazzjonali. Ma ddejjaq xejn iħammġu bix-xemgħat.
Is-Sur John Caruana ma jafx jagħmel distinzjoni bejn Monument Nazzjonali u qabar f’ċimiterju.
Sadanittant, is-Sur John Caruana, Head of the Monetary Policy and Operations and Eurosystem Relations Department at the Central Bank of Malta (CBM), xejn ma ħa pjaċir għaliex esponejnih mad-dinja kollha dwar il- pastażati li wettaq fuq Monument Nazzjonali quddiem kulħadd. Flok kien raġel u ammetta li żbalja u talab apoloġija pubblika, għażel li jiftaħli lment quddiem l-‘Office of the Information and Data Protection Commissioner. ‘
Dan huwa l-ilment uffiċċjali tas-Sur John Caruana;
“On Thursday 1 May and subsequently Mr Neville Gafa’ published a series of articles and Facebook posts naming me, providing personal details and uploading pictures and video without my permission. This followed the fact that I was in Great Siege Square placing a candle in front of the monument.”
Prosit għalik Sur Caruana. Ammettejt mill-ewwel li poġġejt xemgħa fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir. Ħa nagħmlulek żewġ mistoqsijiet relatati.
Kemm il-xemgħa poġġejt fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir?
Qatt indenjajt ruħek tnaddaf ix-xemgħat li tkun poġġejt?
Taf x’tghid il-liġi Sur Caruana?
“161. Whosoever shall destroy, throw down, deface, or otherwise
damage any monument, statue, or other object of art, destined for
public utility or public embellishment, and erected by, or with the
permission of the public authority, shall, on conviction, be liable to
imprisonment for a term from six to eighteen months or to a fine
(multa) not exceeding three thousand and five hundred euro
(€3,500).”
Sur Caruana,
Konxju li bix-xemghat li tpoġġew minnek u oħrajn għorrief bħalek fuq dan il-Monument Nazzjonali, saret ħsara fuq il-Monument?
Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar dwar din l-istorja.
Mehmuż l-ilment 👇
2 Comments
Jitah ilment ghax gi espost, Dawn nies bla BAJD.
Min meta Dan is-sinjur sar devot tal monument? Jien ta’ lanqas, ninzel gharkubtejja biss quddiem xi xbiha ta’ Kristu jeww tal- Ghaziza L-Omm taghna tas-sema BIZ.