Nhar it-Tlieta 13 ta’ Mejju, it-Times of Malta tat prominenza lil xi kummenti li għaddha maghha l-President tal-MUMN, Pawlu Pace.
Ftit qatt għaddieli minn rasi li tat-Times saru jagħtu daqshekk importanza lil xi ħadd li jkun investigat kriminalment u jittrattaw kliemu daqs li kieku kien xi oraklu.
L-ironija hi li Pawlu Pace lil tat-Times qalilhom li f’każijiet fejn pazjenti li jkunu mwassla għall-mewt u jkunu qed ibatu mingħajr ma hemm xejn x’tagħmel, is-sitwazzjoni tkun tqila wisq. Naqblu. “Not able to help isn’t easy because, as nurses, we also carry that pain.”
Ara dan Pawlu Pace fejn jaf x’iħossu n-nurses f’sitwazzjonijiet bħal dawn meta hu qatt ma jattendi xogħol.
Mhux talli hekk, talli xi ħadd li kellu l-ommu pazjenta f’sitwazzjoni eżattament bħal dik li qed nitkellmu dwarha, ġibidli l-attenzjoni li propju meta ommu kienet fl-aħħar jiem tagħha, b’ għajta fl-art u oħra fis-sema’, Pawlu Pace kien ordna ħemel direttivi fl-Isptar Mater Dei.
It-Times kellha wkoll il-wiċċ tirreferi għal Pawlu Pace u tesklama “drawing on his decades of experience.” X’experience hi din? L-esperjenza li Pawlu Pace jibqa’ jissemma’ għaliha hi kif jgħaddi lil-pazjenti magħdura minn martirju akbar bl-azzjonijiet irragonevoli li dejjem ħa.
Esperjenza oħra sinfonia ma Pawlu Pace hija dik li jisraq flejjes li m’humiex tiegħu, li jaħdem overtime meta jkun imsiefer, li fl-istess ħin li suppost kien xogħol kien fuq NET TV u dik li jieħu on-call allowances meta ma kellux dritt għalihom.
Dak huwa Pawlu Pace.
Dan kollu jafu sew l-Ispettur Borg tal-FCID li nispera li fl-aħħar jagħmel dak li suppost ilu li għamel u jressqu fuq KULL ċenteżmu li seraq.
1 Comment
Regward il kaz ta Pawlu Pace uwwa ovju li-lispetur ta FCID li ghandu l’kas fidejh jew ghandu l’barka biex ma jihux azzjoini jew ordnat biex ma jihux azzjoni. Innuqasijiet mil laministrazzjoni tal pajiz gejjin.