Esklussiva: X’ Ġara fid-Dar ta’ Aquilina

Neville Gafa

~ 4 days ago

Esklussiva: X’ Ġara fid-Dar ta’ Aquilina

Il-bieraħ filgħaxija instema’ għajjat mir-residenza tan-Nutar tal-Kurja, Robert Aquilina.

 

Aquilina għandu fixed point tal-Pulizija quddiem id-dar tiegħu, li sema’ dan l-għajjat.

 

Is-Sinjura  Aquilina ħarġet barra l-bieb u n-Nutar Aquilina beda jipprova iżommha ġewwa u jgħid lil Pulizija li ma ġara xejn.  Is-Sinjura rnexxielha toħroġ barra u marret għand il-Pulizija li akkumpanjaha l-għassa.

 

Hija għamlet rapport fejn fiha qalet li żewġha kien sakkarha fil-kamra tas-sodda, beda jheddidha u jsawwatha.

 

 

Hija irraportat li Robert Aquilina ilu diversi snin jaġixxi hekk, li hu pussessiv  u jikkontrolla dak li tagħmel u lil min tkellem.

 

Huwa jrid ikun jaf min ċemplilha u kemm -il darba jsakkarha fil-kamra tas-sodda sakemm tagħtih l-informazzjoni.

 

Bhal f’ kull każ ta’ rapport ta’ vjolenza domestika,  sar assessment  fuq il-vittma u ġie fi skala li normalment b’ mod awtomatiku l-allegat agressur jittella’ l-Qorti b’ arrest minnufih.

 

Iżda bi ksur ta’ kull proċedura, il-Magistrat Kevan Azzopardi iddeċieda li ma jsirx dan għaliex dan kien l-ewwel rapport kontra Robert Aquilina.

 

Agir bħal dan ipoġġi l-vittma f’ periklu ta’ riperkussjoni.  Mhux magħruf għaliex intuża’ dan id-double standard man-Nutar tal-Kurja.

 

Se nkomplu nsegwu l-każ u naghtukom informazzjoni aċċertata li ħaddieħor se jipprova jaħbi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala May 31, 2025

    Gafa zomna infurmati please, pero sa issa milli jider il-kaz ma jinvolvix garar ta fajenza bhall platti, kikri u platini. U ma emm xejn sorpris bid-decisjoni tal-magistrat ta-lassa anzzi ta-linqas hallihom jibatu ghalih.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *