Fis-sigħat li għaddew, Robert Aquilina, dak li jridha ta’ Paladin tal- Rule of Law kien imsejjaħ u mitkellem mit-Taqsima tal- Vjolenza Domestika.
Sorsi mill-Pulizija li tkellmu ma dan is-sit spjegaw kif kollox beda il-bieraħ filgħaxija, meta il-kuntistabbli tal- Pulizija li kien hemm Fixed Point mar-residenza tan-Nutar Robert Aquilina sema twerżieq mill-mara tan-Nutar. Konsegwentement, is-Sinjura Aquilina marret tagħmel rapport mat-Taqsima tal-Vjolenza Domestika.
Hi stqarret li għal diversi snin, żewġha jikkontrolla dak li tagħmel, lil min tkellem, ikun jrid jaf min kellimha u min ċemplilha.
Mhux l-ewwel darba li sakkarha fil- kamra matrimonjali sakemm tagħtih it-tagħrif mitlub minnu. F’episodju partikolari, Robert Aquilina saħansitra żammha minn idha sakemm tagħtu it-telefon ċellulari personali tagħha.
Dan is-sit se jkompli jsegwi.
1 Comment
Gafa. In-nutar ma kienx arrestatghax il-magistrat ma halihomx jarestawh, ma nafx batulux carozza bix-xufer.