Il-Magistrat Kevan Azzopardi kiser kull regola meta kien hemm ‘High Risk Assessment’ u ordna li Robert Aquilina ma jiġix arrestat kif is-soltu jsir.
Robert Aquilina kien mitkellem għal sigħat sħaħ mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika wara rapport li sar minn martu relatat ma vjolenza domestika li seħħet fir-residenza, bil-qofol ta’ kollox tkun aggressjoni li saret fuqha il-Ġimgħa li għadda.

Robert Aquilina
Il-Magistrat Kevan Azzopardi, li nzerta l-Maġistrat tal-Għassa, ma ħassx li n-Nutar tal-Kurja kellu jitressaq b’arrest.
Dan is-sit se jibda jistaqsi lil Kevan Azzopardi dwar id-deċiżjoni li ħa, u li tagħha għandu jerfa’ r-responsabbiltà jekk jiġri dak li ħadd ma jrid.

Magistrat Kevan Azzopardi
Dr. Kevan Azzopardi,
Qabel ma ħadt id-deċiżjoni li ma tressaqx b’ arrest lil Robert Aquilina, int kellimtha lil vittma?
Bħala persuna li obbligat tħares id-drittijiet u s-sigurtà ta’ persuni ċivili, ma ħassejtx li l-vittma tinsab f’periklu għal ħajjitha meta int ippermettejt lill-allegat aggressur jirritorna lura d-dar?
1 Comment
Corrupt, impunity, anti-rule of law?