Tiftakru meta permezz ta’ Stqarrija datata 27 ta’ Novembru 2022, l-għaqda Repubblika, li l-għan ta’ eżistenza tagħhom huwa li jagħmlu kruċjata kontra l-Gvern Laburista, kienu ħarġu qatta bla ħabel kontra l-Gvern għaliex fi kliemhom ma sar xejn biex tkun imsewwija l-qagħda diżastruża fil-qasam ta’ kif ikunu ttrattati l-każijiet ta’ vjolenza domestika?
Propju matul il-jum tas-Sibt rajna każ ta’ vjolenza domestika ġej mill-eks President ta’ din l-għaqda, li skont huma Alla ħares ma hawnx huma sabiex iħarsu is-Saltna tad-Dritt.
Robert Aquilina kien arrestat b’rabta ma Vjolenza Domestika. Is-sorsi tagħna fil-Pulizija li tkellmu magħna spjegaw kif kollox beda il-Ġimgħa filgħaxija, meta il-kuntistabbli tal- Pulizija li kien hemm Fixed Point mar-residenza tan-Nutar Robert Aquilina sema twerżieq mill-mara tan-Nutar. Konsegwentement, is-Sinjura Aquilina marret tagħmel rapport mat-Taqsima tal-Vjolenza Domestika.
Dan kien it-tieni każ ta’ vjolenza domestika marbut ma din l-għaqda iżgħar mill-każin tal-banda tar-raħal. Għax tajjeb li nfakkru li l-eroj tagħhom, Daphne Caruana Galizia wkoll kienet akkużata bi vjolenza domestika. Hi kella storja twila ta’ vjolenza domestika dokumentata b’emails ta’ insulti u tgħajjir fil-konfront ta’ żewġha Peter.
Jidher li Nutar Robert Aquilina qed jimxi fuq il-passi tal-eroj tiegħu Daphne Caruana Galizia. Isawwat u jagħmel harassment lil martu.
Dan is-sit insista kemm ‘il darba li kull min jagħmel lil Daphne eroj, qed jinsulta lil vittmi kollha ta’ vjolenza domestika.
Illum nistgħu mmorru oltre. Kull min jagħmel lil Robert Aquilina eroj, ikun qed jinsulta lil vittmi kollha ta’ vjolenza domestika.
Daphne Caruana Galizia u Robert Aquilina jigdbu dwarna. Aħna ngħidu l-fatti dwarkom.
Sadanittant, iffirmaw il-petizzjoni sabiex il-Monument ikun nadif minn dawn l-ipokriti u jerġa’ jibda jitgawda minn kulħadd.
Grazzi ħafna.
Agħfas fuq il-link 👇