Robert Aquilina Se Jitressaq il-Qorti Akkużat b’Vjolenza Domestika u Arrest Illegali ta’ Martu

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Robert Aquilina Se Jitressaq il-Qorti Akkużat b’Vjolenza Domestika u Arrest Illegali ta’ Martu

Robert Aquilina, in-nutar tal-Kurja u magħruf għal “qdusija” tiegħu, f’Lulju li ġej se jkun qed jitressaq il-Qorti akkużat b’vjolenza domestika u l-arrest illegali ta’ martu.

 

Dan wara inċident serju li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fir-residenza tal-familja.

 

Robert Aquilina

 

Sorsi qrib l-investigazzjoni kkonfermaw li dan mhux każ iżolat, iżda jidher li jagħmel parti minn sensiela ta’ abbuż.

 

Dan is-sit jista’ jiżvela wkoll li nhar il-23 ta’ Mejju 2024, waqt li l-koppja kienet fil-kju biex titla’ fuq titjira Ryanair minn Catania għal Malta, Robert Aquilina deher jidħol f’argument qalil mal-martu. Sorsi mill-Pulizija li tkellmu ma dan is-sit qalulna li l-konfront kien intens, b’Aquilina wiċċ imb wiċċ ma’ martu li dehret tagħmel minn kollox biex tikkalma s-sitwazzjoni. Hija qaltlu biex jieqaf, iżda huwa viżibbilment deher jinkorla aktar.

 

 

F’dawn l-aħħar jiem, dan is-sit esprima t-tħassib tiegħu dwar żieda fir-rata ta’ każijiet allarmanti li qed jirriżulta f’rapporti minn bosta nisa. Stejjer ta’ irġiel ivvizzjati bil-pornografija estrema, vjolenti u degradanti, li mbagħad jippruvaw jirreplikaw l-abbuż fuq is-sieħba tagħhom.

 

Sorsi qed jallegaw li l-każ ta’ vjolenza domestika li qed nirreferu għalih jista’ jkun ta’ wieħed simili.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *