Esklussiva: Il-PN bla tmexxija u Roberta Metsola tibqa’ ma tweġibx — Sorsi jsostnu li qed tagħmel lobbying privat

Neville Gafa

~ 3 days ago

Esklussiva: Il-PN bla tmexxija u Roberta Metsola tibqa’ ma tweġibx — Sorsi jsostnu li qed tagħmel lobbying privat

Il-Partit Nazzjonalista jinsab fi stat ta’ konfuzjoni totali wara r-riżenja ta’ Bernard Grech minn Kap tal-Partit. Filwaqt li għaddejjin spekulazzjonijiet dwar min jista’ jkun is-suċċessur, dan is-sit jinsab infurmat li saru diversi interventi sabiex Roberta Metsola tiddikjara l-intenzjonijiet tagħha – iżda qatt ma waslet risposta.

 

 

 

Sorsi fi ħdan il-PN li tkellmu ma’ dan is-sit ikkonfermaw li membri ewlenin tal-Partit għamlu diversi tentattivi biex jiksbu tweġiba diretta minn Metsola dwar jekk hix ser tikkontesta għall-kariga ta’ Kap. “Għamilna kuntatt magħha, però ħallietna mingħajr risposta,” qal wieħed mis-sorsi.

 

Iżda jidher li s-silenzju ta’ Metsola mhux frott l-indifferenza – iżda strateġija.

 

Dan is-sit jinsab infurmat b’mod affidabbli li Roberta Metsola qed tagħmel lobbying dirett ma’ kandidati potenzjali għall-kariga ta’ Kap – b’mod privat. Qed tagħmel lobbying minn wara l-kwinti bil-għan li twassal għall-kontestazzjoni mfassla fuq l-aġenda tagħha stess.

 

Din l-informazzjoni diġà qajmet rabja u tensjoni fi ħdan il-PN. “Il-Partit jeħtieġ tmexxija, mhux logħob bil-bżallu,” qal sors ieħor, li enfasizza kemm is-silenzju ta’ Metsola f’dan il-mument kritiku qed iżid il-kaos.

 

S’issa ħadd ma ddikjara l-intenzjonijiet tiegħu jew tagħha li se jkunu qed jikkontestaw.

 

Kif qal b’mod ċar wieħed mill-figuri ewlenin tal-Partit:

 

“Jekk trid tikkontesta, għandha tiddikjara minnufih. Jekk le, għandha tieqaf tindaħal minn wara l-kwinti.”

 

Il-kriżi fit-tmexxija tal-PN issa m’għadhiex biss dwar min jieħu post Bernard Grech – iżda dwar il-fiduċja, it-trasparenza u l-kontabbiltà fi ħdan l-ogħla livelli tal-Partit.

 

Aġġornamenti aktar tard. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *