Metsola mhux il-favorita ta’ Fenech Adami

Neville Gafa

~ 3 days ago

Metsola mhux il-favorita ta’ Fenech Adami

Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Eddie Fenech Adami ma kienx ‘endorsja’ lil Roberta Metsola, li ħafna iqisu bħala s-sostituta ta’ Grech, iżda appoġġja lid-drogat David Casa.

 

Mela ta’ Fenech Adami mhux biss riedu lil Bernard Grech jibqa’ Kap, iżda wkoll ma jappoġġjawx lil Metsola. Il-pjan tagħhom kien dak li jappoġġjaw biss wieħed mil-familja tagħhom meta jiġi ż-żmien wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

 

Jidher però li ta’ Fenech Adami għamlu l- kalkoli ħżiena, eżattament bħal ma kien ġralhom fl-Elezzjoni Ġenerali tal-1996. Dan kollu wassal sabiex tittieħed id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Partit ġdid flok Bernard Grech bil-għan li ma jitnaqqarx il-poter tagħhom internament.

 

Wieħed irid jara x’ser tkun il-pożizzjoni tagħhom fil-konfront ta’ Roberta Metsola, ir-Reġina tal-Gwerer.

 

 

Ħaġa hija ċara – ta’ Fenech Adami jinsabu fi stat ta’ konfużjoni aktar mill-istess Partit Nazzjonalista. Dan għaliex f’temp ta’ 24 siegħa daru l-karti kollha. Tant ġew darhom mal-ħajt, li se jkollhom ibaxxu rashom u jiftħu n-negozjati ma diversi kandidati li qed jaspiraw jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap, u li m’humiex tal-klikka tagħhom fosthom – Roberta Metsola.

 

Kunu magħna għal aktar dettalji.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *