Esklussiva : Metsola tiddiskuti ma’ numru mdaqqas ta’ Deputati magħżula

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Esklussiva : Metsola tiddiskuti ma’ numru mdaqqas ta’ Deputati magħżula

Roberta Metsola, magħrufa fl-Ewropa bħala r-Regina tal-Gwerer, għadha ma weġbitx dwar jekk hix ser tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’intervista ma’ Politico, Metsola għamlitha ċara li għandha obbligi fi Brussell, stqarrija li ħafna interpretawha bħala sinjal ċar li ma għandhiex intenzjoni li terġa’ lura Malta fil-futur qarib.

 

Roberta Metsola

 


Dan is-sit jinsab infurmat bi żviluppi esklussivi:

Metsola qed torganizza laqgħat ‘online’ ma’ numru mdaqqas ta’ Deputati tal-PN magħżula apposta – dawk li għandhom fehmiet differenti minn dawk uffiċjali tal-Partit dwar ċerti temi. Minn tagħrif li għandna, dawn id-deputati diġà qalu lil Metsola li mhux ser jibdlu l-pożizzjoni tagħhom, għax hija bbażata fuq prinċipji personali u morali. Fost it-temi diskussi kien hemm dawk tal-kaċċa u l-abbort.

 

Minn naħa tagħha, Metsola wieġbet b’mod ċar: minħabba fihom, mhux ser tkun f’pożizzjoni li tikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-PN.

 

Din hija mossa politika mill-aktar skandaluża, mfassla minn Metsola sabiex jintbagħat sinjal lill-partitarji Nazzjonalista li mhux tort tagħha li ma ħaditx il-passi meħtieġa biex tirritorna Malta u tidħol fil-kariga ta’ Kap. Qedgħa tipprova taħbi l-fatt li diġà għażlet li tibqa’ fi Brussell, u issa qed twaħħal f’oħrajn biex tidher bla ħtija.

 

Il-partitarji tal-PN għandhom dritt ikunu infurmati b’dan il-logħob moqżież ta’ Roberta Metsola.

Tħalluhomx jużawkom iktar. Qed iżommu partit mkisser sakemm jerġgħu jaħtfuh b’kap minn tagħhom.

 

Ejjew mal-Labour. Dan huwa l-partit li jappella għal kulħadd. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *