Miskina Metsola għandha responsabiltajiet qaltilna.
Messha ħasbitha qabel bdiet tippoppa.
Irrid ngħid li Bernard Grech f’ għajnejja għola ħafna għax bil-mossa li għamel wera’ li hu raġel u kixef l-ipokrezija ta’ Metsola. Lanqas b’ tapit mifrux ma riedet tidħol għal challenge ta’ veru.

Bernard Grech
Metsola trid tgħid li ma tistax taqbad u titlaq. Daqshekk thobbu lil pajjiz u lil partit tagħha.
Bid-difetti kollha tiegħu, Simon Busuttil telaq mill-Parlament Ewropew meta ġie msejjaħ avolja kien jaf li kellu triq għat-telgħa.

Joseph Muscat
Biex ma nsemmux lil Joseph Muscat u Louis Grech li ma ħasbuhiex minuta biex jitilqu s-siġġu komdu biex jiġu jaħdmu għal partit tagħhom.
Metsola issa kulħadd qed jaraha ta’ li veru hi.
Puppatura bla sugu.