Waqgħet il-Maskra

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Waqgħet il-Maskra

Waqgħet il-maskra ta’ Metsola. 

 

Qatt fl-istorja tiegħu l-Partit Nazzjonalista ma karab lil xi ħadd biex ikun Kap tiegħu.

 

Għamilha ma’ Metsola għax dan huwa l-aktar mument li għandu bżonnha.

 

Iżda wara snin ta’ imminar kemm lil Adrian Delia u Bernard Grech. Wara snin ta’ pożi.  Meta ġiet ghas-si u no, Metsola m’ għażlitx lil PN.

 


Jista’ jkun għażlet l-istabilita’ ta’ uliedha fl-iskola fi Brussel.

 

Jista’ jkun għażlet is-siġġu komdu Ewropew fejn tgħid ħafna iżda ftit li xejn għandek x’ tiddeċiedi (minkejja dak li hemm min jaħseb).

 

Jista’ jkun għażlet il-flus.

 

Jista’ jkun għażlet dan kollu jew xejn minnu.

 

Li hu żgur li ma għażlitx lill-Partit Nazzjonalista.

 

In-Nazzjonalisti dan mhux se jinsewh.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *