Il-kandidat ghall-elezzjoni tal-Kap tal-PN tal-fazzjoni tad-Defnisti huwa Mark Anthony ‘Stalletti’ Sammut, raġel żgħir li qisu xiħ b’kariżma ta’ wirdiena.
Mark Anthony Sammut xjaħ qabel kiber għax diġà kkontesta żewġ elezzjonijiet fejn l-PN tilef b’40,000. Huwa kkontesta diġà fl-2017 u fl-2022 żewġ elezzjonijiet diżastrużi għall-PN. Allura dan x’se jsolvi jekk hu parti mill-problema?
Imma peress li apparti injorant, huwa bniedem kattiv u backstabber, ħalliehom jużawh biex iqaċċtu lil Delia u fil-fatt kien hu li daħallu l-istallett lil Delia. Ta’ Delia ma jaħmlux pinġut. Kif se jġib l-għaqda fil-PN?
Mark Sammut huwa persuna li jġib il-firda bħad-Defnisti kollha.
Mark Sammut huwa wieħed mill-antiki fil-PN minkejja l-età. Inħaraq qabel beda. Sammut huwa parti mil-problema. Parti mit-telfiet elettorali tal-PN 2017 u 2022.
J’Alla jilħaq hu Kap tal-PN.