Meta Mark Anthony STALLETTI Sammut immina lil Jason Azzopardi

Neville Gafa

~ 2 days ago

Meta Mark Anthony STALLETTI Sammut immina lil Jason Azzopardi

Mark Anthony Sammut huwa backstabber magħruf kemm ma sħabu kif ukoll f’Tal-Pietà għax kien hu li daħħal is-sikkina f’dahar Adrian Delia meta neħħewh.

 

 

Iżda barra l-Kap tiegħu, laqqatha wkoll sieħbu tad-Distrett Dr. Jason Azzopardi. Mark Anthony STALLETTI Sammut immina kemm felaħ lil Jason Azzopardi. 

 

Dan is-sit kien minn tal-ewwel li ħareġ bl-aħbar li d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo kien fil-proċess li jirreżenja.

 

Mela f’Gunju tal-2024, STALLETTI kien mar jigri fuq Ivan J Bartolo. Dan meta Ivan J Bartolo tas-6pm kien qed jgħid ma kulħadd li kien se jirriżenja dak ix-xahar. Dakinhar, Mark Anthony Sammut ħeġġu u għamillu premura biex ma jirriżenjax għax inkella jitla’ Jason Azzopardi minfloku.

 

 

 

“Ara ma jfettilekx tirriżenja Ivan, għax minflokok Jason imissu jitla’ u jkollna l-inkwiet.”

 

Dan is-sit saħansitra kien staqsa lil Mark Anthony Sammut jgħidilna x jaħseb dwar il-ħsieb ta’ riżenja minn Ivan J Bartolo, u ħeġġiġnih jikkonferma jew jiċħad jekk kienx jinsab inkwetat. Dan b’rispett lejn il-partitarji Nazzjonalisti.

 

Dawn huma fatti li kull Deputat Nazzjonalista jaf bihom.

 

Sadanittant, nerġgħu nsostnu j’Alla jsir Kap Mark Anthony STALLETTI Sammut. Aħna l-Laburisti xi wieħed bħalu rridu Kap tal-PN biex ikomplu jegħrqu.

 

Ibqgħu segwu dan is-sit għaliex se jkun minn ta’ quddiem li se jkun qed iwassal l-aħħar żviluppi interni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista relatati mal- ħatra ta’ Kap ġdid.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala June 18, 2025

    Gafa, Ghalxejn mux jidispjecik ghall jason.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *