Sorsi nfurmati tajjeb fid-Dar Ċentrali li ma jifilħux iktar tradimenti wara dak ta’ Metsola żvelaw magħna patt mxajtan bejn Alex Borg u Adrian Delia fejn fl-aħħar minuta l-Għawdxi jiddikjara li mhux ħiereġ u jieħu kollox Delia.
Alex Borg qed timxilu li għadu żgħir wisq u se jinħaraq. Alex Borg fl-aħħar minuta mhux se jikkontesta iżda mbagħad ikun tard wisq biex joħorġu kandidati oħra u dan jagħti vantaġġ lil Delia.
Delia se jerġa’ jispiċċa kap tal-PN permezz tal-patt mxajtan ma Alex Borg.
N-Nazzjonalisti qed jaħsbu li Alex Borg se jkun Kap imma l-pjan hu li fl-aħħar minuta jobżqilhom fis-sunnara u jsir Delia.
Id-deputati Nazzjonalisti li kienu ivvotaw kontra Delia se jiġu umiljati meta jerġa’ jsir kap u hekk Delia u Borg ikollhom revenge fuq l-‘Blue Heroes’ u tkun għaddiet ta’ Delia.
Alex Borg huwa Trojan horse ta’ Delia, għalissa mhux se jikxfu l-karti imma kollox isir fl-aħħar minuta.
Ik-vittma ta’ dan kollu se jkun l-partitarju Nazzjonalist li jerġa’ jiġi umiljat u tradut.
Tpaxxuhomx. Ejjew mal-Labour
1 Comment
Taf xnemmen jien sur Gafa u kull min insegwi. Li dan is sur Borg Alex iqatta l gurnata jistudja d diskors tal mahbub taghna Joseph u jiprova jimitah. Ma ghandu xejn originali. Just a copy cat.