Adrian Delia jaf li għandu tunnnellati ta’ baggage u jaf li ma jistax jimmonta kampanja waħdu. Ir-riżenja ta’ Bernard Grech kienet attraenti għal partitarju Nazzjonalist sakemm kien jittama li tiġi Metsola. Kieku qalulhom li se jirriżenja Bernard biex jerġa’ jsir Sleazy Delia ma kienux jaċċettaw. Il-partitarju Nazzjonalist jippreferi lil Bernard minn Delia.
Imma Delia qed juża lil Alex Borg biex jilgħab logħba maħmuġa. Qed juruhom d-debba biex fl-aħħar iqabbzulhom il-ħmar. Kull min jaħseb li terġa’ tpoġġi Kap li ġab l-agħar riżultati hija idea tajba, mhux f’sensih.
Adrian Delia ġab l-agħar riżultati għall-PN fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019 fejn saħansitra l-PN kien tilef t-tielet siġġu. Meta mqabbla ma ta’ Delia, ir-riżultati ta’ Bernard fl-2024 kienu eċċezzjonali.
Imma issa qed juruhom d-debba biex mbagħad iqabbżulhom il-ħmar. Taparsi se jsir Alex Borg imma dan mhux se jseħħ. Kif żvelajt il-bieraħ, Alex Borg tkellem miegħi u minn dak li qalli mhux se joħroġ.
Wara Metsola issa se jkun Alex Borg li jittradihom.
Wara li jkun ilu mistoħbi l-ewwel wara Metsola u issa wara Alex Borg, se jkun Delia li jerġa’ jsir mażżra m’għonq il-PN billi jerġa’ jsir Kap.
Tkomplux tpaxxuhom. Ejjew mal-Labour. Dawn huma nies bla skrupli u maħmuġin.
Alex Borg tkunx kompliċi f’dan t-tradiment ta’ Delia.