Grupp Parlamentari PN tant mitluf li lest jimxi wara Delia

Neville Gafa

~ 1 month ago

Grupp Parlamentari PN tant mitluf li lest jimxi wara Delia

Il- Grupp Parlamentari tal-PN fih ħafna ġodda li fi tliet snin diġà qdiemu u saru telliefa. Ma jistgħu iwaħħlu f’Ħadd ħlief fihom nfushom.

 

Deputati jippostjaw selfies mil-gym, ossesjonati  fis-social media, iffissati biex jidhru fil-festi u qatt ma solvew xejn.

 

Il-Grupp Parlamentari attwali tant hu inkompetenti u mbarazz li komplew niżżlu l-Partit ‘l isfel aktar milli kien.

 

Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista tant hu mitluf li fil-għama li jinsab fiha lest jimxi wara Adrian Delia.

 

Adrian Delia mhux se jsib l-ispalla tal-Labour u jekk mhux se jkunu l-Blue Heroes li jqaċċtuh, din id-darba se jsib lil Partit Laburista li jpoġġih f’postu u jagħtih l-ikbar tkaxkira fl-elezzjoni li ġejja.

 

Dawk id-deputati Nazzjonalisti li jemmnu li b’Adrian Delia jistgħu jirbħu għandhom skorfina nieqsa.

 

L-unika soluzzjoni hija l-Partit Laburista.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Andrew Farrugia June 22, 2025

    il vera.nies.tal.hawadni ha.nifmek x hmieg.ta.nies l ewwel.ghsnlu min. kollox.biex.nehewh.issa se jergaw jitqanaw.bih x gharikaza imaginaw jekk jerbuh x jghamlulek tal biza dawk il karfa.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *