Mela l-bieraħ bdejna nikxfu s-serp li jeskogita l-gideb kontra l-Ministri Laburisti, għajr wieħed … il quddiem ngħidu ukoll għaliex.
Serp, li għandu vizzju kbir, vizzju li jrid isostnih ta’ kuljum. Vizzju, li ġieli ħallih jiem mitluf, bin-nies ifittxuh.
Imma ejja immorru ftit lura, anke qabel l-2013, għax għaġġilna ftit żejjed.
Dan l-individwu, irnexxielu jimmanipola MEP serju u ta’ integrità. Dan l-ex MEP (li sussegwement sar Ministru) kien spiċċa mpjegat miegħu.
X’ghamel?
Froda għexieren ta’ bdiewa billi weghdhom ħolma fittizja li kien ser iġibilhom fondi mill-Ewropa għall-makkinarju tal-agrikultura.
F’isem dan l-ex MEP, froda għexieren ta’ bdiewa billi ġabar mijiet ta’ ewro mingħand kull wieħed, a taparsi biex japplikalhom, u li suppost kellu iġibilhom eluf kbar, żammhom f’butu u l-bdiewa baqgħu b’xiber imnieħer.
Frodi tal-prima klassi.
Ovjament, dan l-ex MEP integru, kif sar jaf keċċieh minn miegħu. Imma l-bdiewa baqgħu misruqa!
Dan għadu kollox qabel l-2013.
Il-kbir għadu ġej.