Fost il-konfużjoni kbira li taħkem lit-tesserati Nazzjonalisti li se jivvotaw għal Kap il-ġdid hemm konfużjoni anke fuq affarijiet bażiċi.
Hemm min jgħid li Delia ssepara u hemm min jgħid li l-kawża ta’ separazzjoni kkumplikata għadha għaddejja.
Biex ngħinu lit-tesserati Nazzjonalisti joħorġu mill-konfużjoni li jinsabu fiha se nistaqsu aħna wkoll.
Il-kawża ta’ separazzjoni ta’ Adrian Delia li tant kien isemmi Manuel Delia, kienet nqatgħet jew għadha miftuħa?
Bniedem ikun issepara meta tinqata’ l-kawża u jekk il-kawża tkun għadha sejra ma jkunx isseparat.
Adrian Delia issepara jew le? Ħames snin wara li nfetħet, il-kawża nqatgħet jew le?
Il-Kap il-ġdid tal-PN jista’ jkun bniedem b’kawża ta’ separazzjoni mdendla fuq rasu li ma tispiċċa qatt?
1 Comment
It-tesserati Nazzjonalisti mifxula u mahruqa ghax spiccaw bla talent ghall-leadershsip.
Qisu il-PL qed jibza’ mid-Drinu