Matthew Caruana Galizia jattakka lil Metsola minħabba Adrian Delia

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Matthew Caruana Galizia jattakka lil Metsola minħabba Adrian Delia

Il-familja Caruana Galizia fl-aħħar ġranet qed tisfa iżolata b’mod li qatt ma kienet qabel. Il-klikka ta’ Daphne tgħix fuq is-slogan li Daphne kella raġun u qatt ma basru li se tkun Metsola li tagħtihom daqqa ta’ stallett meta bdiet tinnegozja u tappoġġa lil Delia għal Kap tal-PN.

 

Roberta Metsola

 

Dan ifisser li l-President tal-Parlament Ewropew qed tinsultahom billi bil-pulit qed tgħid li dwar Adrian Delia, Daphne ma kelliex raġun.

 

L-attakk ta’ Matthew Caruana Galizia fuq Metsola ma kienx dwar Gaza fil-verità iżda kien minħabba l-iżolament li qed iħossu ġej għalihom il-familja Caruana Galizia.

 

Jidher li anke Manwel Delia rikeb kukkużejt fuq dahar Georg Sapiano u qed jinsulta lil familja Caruana Galizia.

 

Manwel “Mossad” Delia

 

Oħt Daphne sa riċenti kitbet kontra Adrian Delia u jidher li l-familja Caruana Galizia għadhom tal-istess fehma li Delia bniedem sleazy u ma jixraqlux ikun kap tal-PN.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B.Borg July 31, 2025

    Min huma dawk li mhux “sleazy” fil-PN?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *