Approvati il-proposti marbuta mal-Miscarriage Leave

Neville Gafa

~ 2 days ago

Approvati il-proposti marbuta mal-Miscarriage Leave

Fil-jiem li għaddew il-proposti marbuta mal-Miscarriage Leave ġew approvati mill-Kabinett tal-Ministri, u għalhekk issa l-Gvern qiegħed f’pożizzjoni li jressaq dawn il-proposti quddiem l-Employment and Industrial Relations Board sabiex jiġu diskussi u eventwalment l-abbozz ta’ liġi relatat jiġi preżentat fil-Parlament.

 

 

Din il-miżura qed issir wara diskussjoni nazzjonali li bdiet f’April ta’ din is-sena u li ġabet flimkien spettru wiesà ta’ professjonisti, imsieħba soċjali, kif ukoll koppji li għaddew minn din l-esperjenza.

 

B’rabta ma’ din il-miżura saru studji soċjo-ekonomiċi, li sabu li l-korrimenti jaffettwaw il-produttività fuq il-post tax-xogħol. Mir-riżultati miksuba jidher illi din tiswa lin-negozji madwar €4 miljun fis-sena, u għalhekk din il-miżura se tkun qed isservi ta’ sapport mhux biss għal min jgħaddi minn korriment, iżda anke għal min iħaddem.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *