Taħt it-tmexxija tal-Partit Laburista, Malta qed tkompli tkun pajjiż aktar sigur, aktar stabbli u aktar ippreparat għal sfidi li pajjiżna mistenni jafaċċja fil- ġejjieni.
Din mhijiex frażi fl-arja — hi realtà li tolqot il-ħajja ta’ kuljum ta’ kull ċittadin. Minn investiment fl-infrastruttura u ż-żieda fl-infurzar, sa riformi soċjali u programmi edukattivi għall-komunitajiet, il-Gvern Laburista wera’ li s-sigurtà u l-livell ta’ għixien tal-poplu huma prijorità.
U proprju għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jinsab għaddej minn l-agħar żminijiet tiegħu. Il-PN dejjem kien aktar komdu f’ambjent ta’ instabbiltà. Meta r-regoli ma jiġux rispettati, meta l-istituzzjonijiet ma jaħdmux, u meta l-poplu jitlef il-fiduċja — dik tkun il-klima ideali fejn il-PN jipprova jirkeb politikament. Iżda il-filosofija politika tal-Partit Laburista hi l-oppost; fejn hemm il-kaos, aħna nassiguraw l-ordni. Fejn hemm il-biża’, aħna noħolqu l-istabbilita’.

Partit Nazzjonalista
Ejja niftakru: dan huwa l-istess PN li qered l-istituzzjonijiet wara snin ta’ arroganza u impunità. U llum, ta ipokriti li huma, jippruvaw juru ruħhom bħala l-kustodji tas-sigurtà pubblika. Imma l-poplu mhux mazzun, u lill-PN tal- familja Fenech Adami jafhom sew. Il-poplu jaf min bena’ u min qered. Illum il-poplu għandu tmexxija responsabbli li rnexxielha toħloq stabbiltà li qatt ma rajna bħalha.
Il-vera theddida għas-sigurtà ta’ pajjiżna mhux Gvern Laburista, iżda Partit Nazzjonalista li m’għandu ebda pjan politiku, bla viżjoni, u bla tmexxija.
Il-Partit Laburista, bil-fatti, mhux bil-kliem, qed juri kif ikun Gvern serju: jsaħħaħ is-sigurtà, isaħħaħ l-istat, u jibni pajjiż fejn in-nies iħossuhom protetti, rispettati u parti integrali fit-tfassil tal-futur ta’ pajjiżna.
1 Comment
Mux ta bxejn li ghandhom ir-titlu ta nies sahta ta Malta.