L-avukat Mario Mifsud bħalissa qiegħed fl-aħbarijiet minħabba l-argument li kellu ma Pasqualino Cefai ġo awla fil-Qorti t’Għawdex.

Qorti ta’ Għawdex
Nikkundannaw l-attakk ta’ Cefai fuq il-Maġistrat Joe Mifsud u l- għażiża ommu.
Imma meta bniedem ikun fl-aħbarijiet dan s-sit tibda tasallu informazzjoni minn ħafna bnadi u waslet informazzjoni kurjuża ħafna minn sorsi ta’ min jorbot fuqhom.
L-avukat Mario Mifsud huwa Laburist imma wkoll tesserat fil-Partit Nazzjonalista tant li jista jivvota għal Kap tal-PN.
Mario Mifsud m’ għandux x’igerger mil-Gvern Laburista tant li ġie maħtur bħala l-avukat tal-ħabs li tpoġġih f’pożizzjoni vantaġġujża ħafna fil-konfront ta’ avukati oħrajn li jaħdmu fl-istess settur.

Mario Mifsud
Mario Mifsud iddeciedi fuq liema naħa qiegħed. Li ma jkollokx partit nifmuha. Li jkollok partit wieħed nifmuha. Iżda li tkun tappoġġja liż-żewġ partiti fl-istess ħin ma jifimha ħadd.
Sadanittant partitarji Laburisti ġenwini jitħallew jittewwbu u bil-għatx. Nies bħal Mario Mifsud li mal-Labour jilgħabuha ta’ Laburisti u mal-PN jilgħabuha ta’ Nazzjonalisti ma fihomx ħobż.
Mario, iddeċiedi ma’ liema naħa qiegħed. Mat-tnejn ma jistax ikun.
3 Comments
Dan Mario Mifsud hu relatat mail-Magistrat Joe Mifsud?m
B.Borg. Qed tilaba tad-dejaq, jaqaw tbati biex tghamel koko.
L-anqas xejn. Imma tajjeb li titpinga l-istampa kollha.