X’ifisser verament il- Monument tal-Assedju l-Kbir għall-Elitisti

Neville Gafa

~ 22 hours ago

X’ifisser verament il- Monument tal-Assedju l-Kbir għall-Elitisti

Issa li wasalna rbaħna l- Monument tal-Assedju u għamilnieh tagħna lkoll, wasal iż-żmien li nfehmu eżattament xi jfisser dan il- Monument għall-elitisti u x’ kienet ir-raġuni għaliex kienu ħatfuh.

 

Kien fl-2017, meta grupp mdaqqas ta’ estremisti Nazzjonalisti ddeċidew li jbiddlu l-Monument tal-Assedju l-Kbir f’mafkar li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia, ir- Reġina tal-Mibgħeda. L- istess nies kienu jiffurmaw parti minn grupp estrem fi ħdan il-PN li wassal lil dan il-Partit isofri telfa massiċċa fl-elezzjoni ġenerali ta’ ftit xhur qabel.

 

L-istess grupp intebaħ li jekk jirkeb fuq il- karru tal-familja Caruana Galizia u jingħaqad magħhom billi jinqeda bl- omiċidju tagħha, dawn kienu se jrabbu s-saħħa politika li tant ħolmu li xi darba jista’ jkollhom.

 

 

Meta wieħed jiftakar il-movimenti tagħhom eżatt wara li ħatfu b’mod illegali l- Monument tal-Assedju l-Kbir, wieħed jinnota kif bdew jissaħħu. F’mumenti minnhom kienu saru b’saħħithom aktar mill-istess Partit Nazzjonalista, minn fejn tnisslu l-għeruq tagħhom. Dan seta’ jsir biss  għaliex kellhom l-appoġġ totali tal- Establishment tal-PN. Saħansitra ingħaqdu magħhom għaliex permezz tagħhom setgħu jkomplu jżommu l-poter, l-awtorità u l-kontroll fuq ċertu istituzzjonijiet, fosthom il-qasam tal-Ġustizzja u l- Media.

 

Inbdew proċeduri fil-Qorti bil-għan li jkollhom kontroll assolut fuq il-monument. Dan kollu sar realtà  permezz ta’ sentenza tal-Imħallef puppatur Joe Zammit McKeon.

 

Hekk jaħdem l-Establishment.

 

Is-sentenza tal-Imħallef Zammit McKeon hi waħda redikola. Ma hi xejn għajr riċetta għal anarkija.

 

 

Kien żball kbir li dakinhar, Gvern Laburista baxxa rasu u m’appellax għal dan is-sagrileġġ nazzjonali.

 

Sentenza li bidlet lil pajjiżna f’Repubblika tal-Banana. 

 

Sentenza ridikola li ġabet biss tgerfix, għajb u stmerrija. 

 


Issa, li l-Monument m’għadux maħkum mill-klikka estrema tad-Defnisti, u reġa ġie f’idejn il-poplu, il-faxxiżmu f’pajjiżna sofra daqqa kbira. Daqqa li weġġħet ukoll lill- establishment li tant iddefenda u appoġġja lil din il-klikka.

 

Ibqgħu ftakru – is-saħħa tal-klikka estrema ffurmata mill-Elitisti kienet ġejja kollha mill- Monument tal-Assedju l-Kbir. Illum, Awwissu 2025, il-klikka faxxista li tant kienet rabbiet saħħa, tinsab għarkobbtejha.

 


Id-daqqa mortali jieħduha ftit xhur oħra, meta l- Partit Laburista jerġa jingħata mandat qawwi fl-elezzjoni ġenerali.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *