Dan is-sit jinsab kuntent li John Attard Montalto jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa fiżika u mentali tajba. Minn qalbna nawgurawlu aktar saħħa.
Però issa li kkonferma li jinsab b’ saħħtu, allura minn naħa tagħna se nkomplu niktbu dwaru.
Mela Dr. John Attard Montalto talab lil Robert Abela biex ineħħi lill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg għaliex skont hu inkompetenti.
Iżda minkejja dan, Attard Montalto fl-ebda waqt ma talab għar-riżenja tal- Maġistrat Gabriella Vella.
Għax ejja ngħidu kollox, jekk fl-inkjesta tal- Vitals kien hawn xi ħadd inkompetenti, din hija l-Maġistrat Gabriella Vella.
Ejja ma ninsewx li John Attrad Montalto kellu waħda mill-aqwa prattiċi ta’ avukati f’Malta. Possibbli li ma ntebaħx li l-proċess kollu maħluq minn Gabriella Vella kien fażull u ntenzjonat li jagħmel ħsara lill-aqwa Prim Ministru li qatt kellha Malta?

Joseph Muscat
Imma fl- istess waqt, dan it-tron tal-għerf ikkonkluda li Victoria Buttigieg hija persuna inkompetenti u għandha jew tirreżenja jew titkeċċa.
Lil John Attard Montalto infakkruh li x-xahar li għadda saru l-ikbar żewġ ġurijiet fl-aħħar għoxrin sena. Il-ġuri tal-Maksar u l-ġuri ta’ Muka. Żewġ ġurijiet dwar qtil ta’ erba’ min-nies fejn ħamsa min-nies weħlu għomor.
Dan s-sit ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet kollha ta’ Victoria Buttigieg, u kemm ‘il darba ikkritikajniha, iżda wieħed irid jirrikonoxxi u japprezza li taħt Victoria Buttigieg, il-kawżi mhux idumu u qed issir ġustizzja.
Iżda issa li Attard Montalto sab il-faraġ tad-Defnisti, bħal pappagall ħareġ jgħajjat għar-riżenja tagħha.
John Attard Montalto ma ntebaħx li d-Defnisti huma nies ndannati u ma jifilħux jaraw is-suċċessi ta’ Victoria Buttigieg, anke jekk qed jibbenefikaw minnhom huma stess.
Aħna ma nemmnux li huwa stupidu, iżda iva nemmnu li qed jiġbed il-ħabel ta’ Robert Aquilina u l-klikka tad-Defnisti.
Peress li Manuel ‘Mossad’ Delia għosfor, u Robert Aquilina warrab fil-ġenb minħabba li ġie akkużat bi vjolenza domestika u arrest illegali ta’ martu, issa jidher li l- estremisti sabu kelliem ġdid – lil John Attard Montalto.
Komplu segwuna għaliex se nkunu qed nesponu min verament hu John Attard Montalto.