Attard Montalto fix- xibka tad- Defnisti u l- Establishment Nazzjonalista

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Attard Montalto fix- xibka tad- Defnisti u l- Establishment Nazzjonalista

Dan is-sit jinsab kuntent li John Attard Montalto jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa fiżika u mentali tajba. Minn qalbna nerġgħu nawgurawlu aktar saħħa.

 

Il-bieraħ ktibna kif John Attard Montalto sab il-faraġ tad-Defnisti. Jum ilu rajna lil Robert Aquilina joħroġ għonqu għalih. Ktibna wkoll li aħna ma nemmnux li Attard Montalto huwa stupidu, iżda iva nemmnu li qed jiġbed il-ħabel ta’ Robert Aquilina u l-klikka tad-Defnisti.

 

 

Ma tantx domna ma ngħatajna raġun. Għax wara li dan is-sit espona l- aġenda ta’ John Attard Montalto, propju matul il-jum tas-Sibt ġie ippublikat artiklu fuq The Shift b’ appoġġ assolut fil- konfront ta’ Attard Montalto u fl- istess waqt jattakkaw lili għaliex qed nesponih.

 

Tafu min hu l-awtur tal-artiklu?

 

Il- kirurgu Kevin Cassar ‼️

 

 

Tajjeb li nfakkru li Kevin Cassar miżżewweġ lit-tifla tal-eks Kap tal-Partit BFA, Eddie Fenech Adami. Xogħolu jivvomta kontra dak kollu li hu Laburist.

 

Bħall-bqija ta’ familtu, Kevin Cassar iħoss li huwa aqwa minn kulħadd. Aqwa mill-istess Nazzjonalisti, aħseb u ara mill-Laburisti.

 

Flimkien mal- aħwa Beppe u Michael Fenech Adami, Kevin Cassar jikkontrollaw l- Establishment tal- Partit Nazzjonalista.

 

Għaliex qed ngħid dan?

 

Il- fatt li issa ħareġ għonqu għalih wkoll Kevin Cassar, juri biċ-ċar li Attard Montalto mhux biss qed jiġbed il- ħabel tad- Defnisti, iżda dak tal- establishment tal- PN.

 

In- Nazzjonalisti qed jinqdew bl- avukat John Attard Montalto sabiex jattakkaw lil Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg. Skont Attard Montalto, Buttigieg hija inkompetenti u għandha tirreżenja jew titkeċċa mill- Prim Ministru. Narrattiva tad- Defnisti u tal- Establishment Nazzjonalista li ilna nisimgħuha xhur sħaħ.

 

Familja Fenech Adami

 

Se nsostnu dak li għidna l- bieraħ; Aħna ma nemmnux li John Attard Montalto huwa stupidu, iżda iva nemmnu li qed jiġbed il-ħabel ta’ Robert Aquilina u l-klikka tad-Defnisti. Mhux hekk biss, iżda tal- Establishment Nazzjonalista wkoll.

 

Illum dan is-sit se jagħti parir ġenwin lil Attard Montalto;

 

Illum qed tħossok kbir u importanti għax għandek l- appoġġ tal- Defnisti u tal- Establishment Nazzjonalista. Però għad jasal żmien mhux fil- bogħod li se jkollok tagħżel bejn it-tnejn – jew id- Defnisti, jew l- Establishment. Imbagħad tiġix tibki, għax ħadd ma jkun jista’ joħorġok mix-xibka li diġà daħħluk fiha.

 

Komplu segwu dan is-sit għal aktar informazzjoni relatata ma John Attard Montalto.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *