Attard Montalto ma aċċetta qatt li jkun fid- dell ta’ Joseph Muscat

Neville Gafa

~ 3 days ago

Attard Montalto ma aċċetta qatt li jkun fid- dell ta’ Joseph Muscat

Bħal ma stqarrejt fl- artikli preċedenti, dan is-sit jinsab kuntent li John Attard Montalto jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa fiżika u mentali tajba. Minn qalbna nerġgħu nawgurawlu aktar saħħa.


Dr. John Attard Montalto talab lil Robert Abela biex ineħħi lill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg għaliex skont hu inkompetenti.

 


Iżda minkejja dan, Attard Montalto fl-ebda waqt ma talab għar-riżenja tal- Maġistrat Gabriella Vella.

 

 

Issa li kollox jindika li Attard Montalto sar il- kelliem ġdid għad-Defnisti kif ukoll qed jiġbed il- ħabel tal- Establishment Nazzjonalista, allura wasal iż-żmien li nibdew nesponuh u ninfurmaw lill- Laburisti dak li żammejna mistur għaliex minkejja kollox aħna dejjem irrispettajnih bħala Laburist.

 

Joseph Muscat

 

Jekk qatt kelna xi dubju dwar kif jaħsibha John Attard Montalto dwar l- ex Prim Ministru u Mexxej tal- Partit Laburista Joseph Muscat, dawn id- dubji sfaxxaw fil- jiem li għaddew. Mhux għax qatt kelna dubju.

 

John Attard Montalto ħareġ jattakka lil Victoria Buttigieg, iżda fl- ebda mod lil Gabriella Vella. Għax Attard Montalto bħala avukat mustaċċun jaf sew bil- froġa ta’ inkjesta li tmexxiet mill- Maġistrat Gabriella Vella. Ħadma Maġisterjali sabiex kemm jista’ jkun issir ħsara kbira fuq Joseph Muscat.

 

Gabriella Vella


Però ħalli niġi għad- dunque.

 

John Attard Montalto jobgħod b’ passjoni lil Joseph Muscat. Miegħu fil-lista nistgħu nżidu wkoll lil Prof. Edward Scicluna.


Tafu għaliex?

 

Għaliex fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew, dawn iż-żewġ pilastri tal- Partit Laburista ġrew bih bil- voti.

 

 

 


Ma ħaffrilhom qatt.

 

Għax Montalto kien jaħseb li għax kien sta bene sew, allura kien se jkaxkar lil Joseph Muscat.

 

X’ ġara dakinhar huwa mnaqqax fl- Istorja.

 

Fl- artiklu li jmiss ngħidilkom aktar.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *