L- ipokrezija ta’ Prof. Vicki Ann Cremona u Repubblika

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

L- ipokrezija ta’ Prof. Vicki Ann Cremona u Repubblika

Waqt il-velja li tfakkar il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia li nżammet is- Sibt filgħaxija, filwaqt li kien hemm tgħawwiġ ta’ ħalq għaliex litteralment ma jafux jitkellmu bil-Malti, bħal dejjem qabdu mas- soltu retorika – korruzzjoni tiela u nieżla.

 

Segwejta kollha, mhux għax ma kellix x’ nagħmel aħjar. Iżda ridt nara jekk dawn in-nies ġenwinament huma kontra l- korruzzjoni, tiġi minn fejn tiġi.

 

Vicki Ann Cremona

 

Oħroġ ‘il għaġeb, każ skandaluż bħal dak li kelna ġimgħa ilu, għal ta’ Repubblika u l- Prof. Vickie Ann Cremona mhux ta’ importanza.

 

Ġimgħa ilu, Francine Farrugia, kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi, ġiet mixlija b’ħasil ta’ flus u frodi.

 

Farrugia ġiet mixlija quddiem il- Maġistrat Nadine Sant Lia li wettqet dan ir-reat bejn Settembru tal-2023 u Lulju tal-2025, fil-funzjoni tagħha bħala manager fid-dipartiment tal-accounts fl-MCAST.

 

Francine Farrugia

 

Iżda Repubblika ma jistgħu qatt jitkellmu dwar Francine Farrugia, għaliex din hija waħda minnhom – Defnista bħalhom.

 

Francine Farrugia kienet attendiet għall-ftuħ tal-uffiċċju tal-Fondazzjoni Falcone fis-Siġġiewi mmexxija minn Robert Aquilina.

 

Francine, Robert, Daphne: The Holy Trinity of Hate, Crime, and Lies

 


Robert Aquilina kien l- ewwel President tal- għaqda Repubblika, għaqda iżgħar minn każin tal-banda tar- raħal, u allura id- Defnisti mhux se jażżardaw isemmugħa, għax ikunu qed jattakkaw waħda minn tagħhom.

 

Bħall-eroj tagħha, Farrugia spiċċat il-Qorti, f’dan il-każ dwar ħasil tal-flus.

 

Daphne Caruana Galizia ma kienetx tħallas taxxa.

 

Min ma jħallasx taxxa qed ikun hemm każijiet li l-Pulizija tressqu akkużat b’ ħasil ta’ flus.

 

Nafu li Daphne Caruana Galizia ma kienitx tħallas taxxi u għalhekk illum dak jista’ jfisser ħasil ta’ flus. Eżattament kif qed tiġi akkużata Francine Farrugia.

 

Bl- omerta’ tagħha, Prof. Cremona ikkonfermat l- ipokrezija tagħha u tal- għaqda fażulla li tirrappreżenta. L- importanti li jiltaqgħu darba fix-xahar quddiem il- Monument tal- Assedju l-Kbir u joqgħodu jattakkaw lil Joseph Muscat, Robert Abela u l- Gvern Laburista.

 

Robert Aquilina

 


U bil-ħaqq għax kont se ninsa. Fl-ebda waqt ma kkundannaw lil Robert Aquilina, dak li xahrejn ilu tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika u arrest illegali ta’ martu. Ebda kelma ta’ solidarjetà mal-povra martu, dik li għaddiet snin ta’ kalvarju fis-silenzju. Mara li sar risk assessment fuqha u rriżulta high risk għas- sigurtà tagħha.

 

Jekk xi darba kienu meqjusa bħala għaqda kredibbli, illum ta’ Repubblika u dawk it- tużżana ta’ madwarhom ikkonfermaw li huma nies bla sinsla b’ aġenda waħda – dik li jattakkaw lil dak kollu li huwa Laburist.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *